This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0519
Case C-519/15 P: Appeal brought on 25 September 2015 by Trafilerie Meridionali SpA against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) of 15 July 2015 in Case T-422/10
Kawża C-519/15 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 minn Trafilerie Meridionali SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-422/10, Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-519/15 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 minn Trafilerie Meridionali SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-422/10, Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 406, 7.12.2015, p. 23–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 406/23 |
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 minn Trafilerie Meridionali SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-422/10, Trafilerie Meridionali SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-519/15 P)
(2015/C 406/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Trafilerie Meridionali SpA (rappreżentanti: P. Ferrari, G.M.T. Lamicela, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad il-motiv fis-sens li l-club Europe (lanqas) ma jista’ jiġi imputat lil Trame għall-perijodu bejn id-9 ta’ Ottubru 2000 u d-19 ta’ Settembru 2002, kif ukoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti (punti 3 u 4 tad-dispożittiv), bil-konsegwenza li tilqa’ t-talbiet korrispondenti li diġà tressqu fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż fir-rigward tal-multa; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha; |
— |
tannulla s-sentenza appellata sa fejn tiċħad il-motiv fis-sens li anki Trame għandha tingħata tnaqqis tal-multa minħabba inkapaċità li tħallas, u dan skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, kif ukoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq ir-rikorenti (punti 3 u 4 tad-dispożittiv), bil-konsegwenza li tilqa’ t-talbiet korrispondenti li diġà tressqu fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż fir-rigward tal-multa; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha |
— |
tannulla s-sentenza appellata sa fejn tikkonċerna l-kalkolu tas-sanzjoni imposta fuq Trame (punt 3 tad-dispożittiv), filwaqt li taqta’ l-kwistjoni hija stess permezz tad-deċiżjoni tagħha; sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kif mitlub u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dan il-punt hija stess, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tagħmlilha; |
— |
tannulla s-sentenza appellata sa fejn tipprovdi li Trame għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura prinċipali fl-ewwel istanza, Kawża T-422/10 (punt 5 tad-dispożittiv), u tikkundanna lill-Kummissjoni għal dawn l-ispejjeż jew minn tal-inqas għal parti minnhom; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din l-istanza; |
— |
tikkonstata li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha li tiddeċiedi f’terminu raġonevoli t-tilwima mressqa quddiemha mill-appellanti, Kawża T-422/10, kif jeżiġi l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tadotta kwalunkwe miżura li hija tqis opportuna. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
L-ewwel aggravju: fuq l-imputazzjoni tal-club Europe lil Trame. Żnaturament tal-provi. Interpretazzjoni u evalwazzjoni ta’ dawn il-provi manifestament irraġonevoli. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet il-motiv fis-sens li l-club Europe ma setax jiġi imputat lil Trame (lanqas) fir-rigward tal-perijodu bejn id-9 ta’ Ottubru 2000 u d-19 ta’ Settembru 2002 minħabba żnaturament tal-provi, jew minħabba interpretazzjoni u evalwazzjoni manifestament irraġonevoli tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, is-sentenza appellata tirriżulta vvizzjata wkoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti. |
2. |
It-tieni aggravju: fuq in-nuqqas li Trame tingħata tnaqqis tal-multa minħabba inkapaċità li tħallas. Nuqqas ta’ motivazzjoni. Ksur tal-Artikolu 36 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ksur tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tikkjarifika b’mod adegwat, anki jekk b’mod impliċitu, ir-raġunijiet għaliex ċaħdet il-motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti tat-tnaqqis minħabba inkapaċità ta’ ħlas, bil-konsegwenza li għar-appellanti kien impossibbli li tidentifika r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata s-sentenza appellata u li barra minn hekk huwa impossibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha biżżejjed informazzjoni sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha. Minn perspettiva differenti, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni elementi ta’ importanza fundamentali sabiex tiddeċiedi dwar dan il-punt. Fid-dawl ta’ dan, is-sentenza appellata tirriżulta vvizzjata wkoll sa fejn tikkonċerna s-sanzjoni imposta fuq l-appellanti. |
3. |
It-tielet aggravju: fuq il-metodoloġija użata mill-Qorti Ġenerali għall-finijiet tad-determinazzjoni ġdida tas-sanzjoni. Nuqqas ta’ motivazzjoni. Ksur tal-Artikolu 36 u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ksur tal-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tipprovdi spjegazzjoni adegwata fir-rigward tal-modalitajiet għall-kwantifikazzjoni tal-multa li hija applikat għall-finijiet tad-determinazzjoni mill-ġdid tas-sanzjoni li kellha tiġi imposta fuq Trame u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-“importanza” mogħtija lil kull wieħed mid-diversi fatti rilevanti f’dan il-kuntest. Dan in-nuqqas jipprekludi, inter alia, l-verifika ta’ jekk il-Qorti Ġenerali, meta kkwantifikat is-sanzjoni, imxietx konformement mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. |
4. |
Ir-raba’ aggravju: fuq l-ispejjeż marbuta mal-proċedura fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali. Jekk jintlaqgħu wieħed mill-aggravji, jew it-tnejn li huma, imsemmija fil-partijiet A u B, dan neċessarjament ikollu impatt ukoll fuq il-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Qorti Ġenerali fil-punti 411 sa 412 tas-sentenza appellata, fis-sens li kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. B’hekk, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata wkoll sa fejn tikkundanna lill-appellanti jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tal-proċedura fl-ewwel istanza, Kawża T-422/10, u dawn l-ispejjeż, jew minn tal-inqas parti minnhom, għandhom jiġu imposti fuq il-Kummissjoni. |
5. |
Il-ħames aggravju: fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja fi żmien raġonevoli. Ksur tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Trame ssostni li l-Qorti Ġenerali ma osservatx l-obbligu tagħha li tiddeċiedi f’terminu raġonevoli t-tilwima mressqa quddiemha mill-appellanti, Kawża T-422/10, u b’hekk kisret l-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |