EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0427

Kawża C-427/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Awwissu 2015 – NEW WAVE CZ a.s. vs ALLTOYS sopl. s. r.o.

ĠU C 371, 9.11.2015, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Awwissu 2015 – NEW WAVE CZ a.s. vs ALLTOYS sopl. s. r.o.

(Kawża C-427/15)

(2015/C 371/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NEW WAVE CZ a.s.

Konvenuta: ALLTOYS sopl. s. r.o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li wieħed ikun jinsab fil-kuntest ta’ azzjoni dwar ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali anki meta, wara l-għeluq definittiv tal-azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali r-rikorrent jistaqsi, fi proċedura awtonoma, għal informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li jiksru dan id-dritt tal-proprjetà intellettwali (pereżempju sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat b’mod preċiż id-dannu u sussegwentement jintalab il-kumpens għalih)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


Top