Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0365

    Kawża C-365/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2015 – Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen vs Hauptzollamt Bielefeld

    ĠU C 328, 5.10.2015, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2015 – Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen vs Hauptzollamt Bielefeld

    (Kawża C-365/15)

    (2015/C 328/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wortmann KG Internationale Schuhproduktionen

    Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 241 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt nazzjonali msemmi minnu għandu wkoll jipprevedi, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, għall-pagament ta’ interessi fuq id-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa lura għall-perijodu bejn id-data tal-pagament ta’ dawn id-dazji u d-data tal-ħlas lura tagħhom, anki fil-każijiet fejn id-dritt għal ħlas lura ma kienx is-suġġett ta’ talba quddiem qorti nazzjonali?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


    Top