This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0679
Judgment of the Court (Third Chamber) of 25 January 2017.#Ultra-Brag AG v Hauptzollamt Lörrach.#Request for a preliminary ruling from the Finanzgericht Baden-Württemberg.#Reference for a preliminary ruling — Customs union — Customs debt incurred through unlawful introduction of goods — Meaning of ‘debtor’ — Employee of a legal person responsible for the unlawful introduction — Fraudulent dealing or obvious negligence — Determination.#Case C-679/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017.
Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Ħolqien ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija – Kunċett ta’ debitur – Impjegat ta’ persuna ġuridika li minnha toriġina l-introduzzjoni irregolari – Determinazzjoni ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta.
Kawża C-679/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017.
Ultra-Brag AG vs Hauptzollamt Lörrach.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Ħolqien ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija – Kunċett ta’ debitur – Impjegat ta’ persuna ġuridika li minnha toriġina l-introduzzjoni irregolari – Determinazzjoni ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta.
Kawża C-679/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:40
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
25 ta’ Jannar 2017 ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Ħolqien ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija — Kunċett ta’ debitur — Impjegat ta’ persuna ġuridika li minnha toriġina l-introduzzjoni irregolari — Determinazzjoni ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta”
Fil-Kawża C-679/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (tribunal tal-finanzji ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja), permezz tad-deċiżjoni tal-1 ta’ Diċembru 2015, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Diċembru 2015, fil-kawża
Ultra-Brag AG
vs
Hauptzollamt Lörrach,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Vilaras (Relatur), J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Wahl,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt kif ukoll M. Wasmeier, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-26 ta’ Ottubru 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 202(3) u tal-Artikolu 212a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU 2006, L 363, p. 1) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi doganali”). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima ben Ultra-Brag G, impriża ta’ loġistika, li toffri b’mod partikolari servizzi ta’ trasport fl-ilmijiet interni Ewropej, u l-Hauptzollamt Lörrach (uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Lörrach, il-Ġermanja) fir-rigward tal-ħlas ta’ dejn doganali li ġie fis-seħħ minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
Il-Kodiċi Doganali tħassar mir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1). |
4 |
L-Artikolu 38(1) tal-Kodiċi doganali kien jiddikjara: “Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha titwassal mill-persuna li ddaħħalha fil-Komunità mingħajr dewmien, mir-rotta speċifikata mill-awtoritajiet doganali u skond l-istruzzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm:
[…]” |
5 |
L-Artikolu 40 tal-imsemmi kodiċi kien jipprovdi: “Il-merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha tkun preżentata lid-dwana mill-persuna li ġabitha f’dak it-territorju jew, jekk xieraq, mill-persuna li tassumi r-responsabbiltà għat-trasport tal-merkanzija wara li tkun hekk daħlet, ħlief merkanzija trasportata b’mezzi ta’ trasport li jkunu biss fi transitu fl-ilmijiet territorjali jew fl-ispazju ta’ l-arja tat-territorju doganali tal-Komunità mingħajr waqfien f’dan it-territorju. Il-persuna li tippreżenta l-merkanzija għandha tagħmel riferiment għad-dikjarazzjoni fil-qosor jew għad-dikjarazzjoni doganali li kienet ġiet preżentata qabel fir-rigward tal-merkanzija.” |
6 |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 185(1) tal-Kodiċi doganali: “Merkanziji tal-Komunità li, wara li jkunu ġew esportati mit-territorju doganali tal-Komunità, jiġiebu lura f’dak it-territorju u jinħelsu għal ċirkolazzjoni libera fi żmien tliet snin għandhom, fuq it-talba tal-persuna interessata, jingħataw eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni.” |
7 |
L-Artikolu 202 tal-istess kodiċi kien jipprovdi li: “1. Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz ta’:
[…] Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, introduzzjoni kontra l-liġi tfisser kull introduzzjoni li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 38 sa 41 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 177. 2. Id-dejn doganali għandu jiġi inkors fil-mument meta l-merkanziji jiġu introdotti kontra l-liġi. 3. Id-debituri għandhom ikunu:
|
8 |
L-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali kien ifformulat kif ġej: “Fejn il-liġijiet tad-dwana jipprovdu għal trattament favorevoli ta’ tariffa fuq l-oġġetti għar-raġuni tan-natura jew l-użu aħħari jew għal solliev jew eżenzjoni totali jew parzjali tad-dazji ta’ importazzjoni jew esportazzjoni skond l-Artikoli 21, 82, 145 jew 184 sa 187, dan it-trattament favorevoli ta’ tariffa, solliev jew eżenzjoni għandu wkoll japplika għall-każi fejn dejn mad-dwana jintefaq skond l-Artikoli 202 sa 205, 210 jew 211, bil-kondizzjoni li l-imġiba tal-persuna interessata ma tinvolvi la negozju frawdulenti u lanqas negliġenza fid-dieher u li tipproduċi xiehda li l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni ta’ trattament favorevoli kienu sodisfatti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
9 |
Fil-25 ta’ Mejju 2010, Ultra-Brag esportat, b’mezz fluvjali, mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn Brisfelden (l-Isvizzera), żewġ transformers kif ukoll żewġ settijiet ta’ żewġ rollers. |
10 |
Meta f’din l-istess data tal-25 ta’ Mejju 2010 ġie informat bil-ħsara fil-bastiment li l-għada kellu jgħabbi turbina fi Strasbourg (Franza) sabiex din tiġi ttrasportata lejn Antwerpen (il-Belġju), impjegat ta’ Ultra-Brag, speċjalist fit-trasport ta’ merkanzija tqila u li kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ responsabbli għall-affarijiet marbuta mal-esportazzjoni, iddeċieda li jibgħat hemmhekk il-bastiment li ttrasporta ż-żewġ transformers u ż-żewġ settijiet ta’ rollers mingħajr ma wieħed mit-transformers u ż-żewġ rollers tiegħu ma kienu tħattew. F’dan ir-rigward, qabel kollox huwa informa ruħu, mill-awtoritajiet doganali Svizzeri, dwar il-formalitajiet meħtieġa biex ikun jista’ jagħmel dan. Dawn l-awtoritajiet kienu informawh li esportazzjoni mill-ġdid fl-Unjoni matul perijodu qasir ma kinitx toħloq problemi, iżda li kien ikun xieraq li l-awtoritajiet Ġermaniżi jiġu informati dwar dan. Wara ħsara fil-karozza, dan l-impjegat ma rnexxilux jinforma lil dawn tal-aħħar qabel il-ħin ta’ għeluq tal-uffiċċju tad-dwana Ġermaniż kompetenti. |
11 |
Sabiex it-tagħbija tat-turbina fi Strasbourg issir fit-termini ta’ żmien stabbiliti, filgħaxija tal-25 ta’ Mejju 2010, l-imsemmi impjegat informa l-bdot tal-bastiment li huwa kellu jitlaq lejn din id-destinazzjoni bit-transformer u ż-żewġ rollers. Din il-merkanzija ma ġietx ippreżentata lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi mal-qsim tal-fruntiera. |
12 |
Fis-26 ta’ Mejju 2010, l-impjegat ikkuntattja lill-awtoritajiet doganali Ġermaniżi. |
13 |
Fis-27 ta’ Mejju 2010, il-bastiment wasal fil-port ta’ Basel (l-Isvizzera) fejn ħadt it-transformer u ż-żewġ rollers, filwaqt li t-turbina baqgħet abbord sabiex tiġi ttrasportata lejn Antwerpen. Għalhekk l-awtoritajiet doganali Ġermaniżi kkonstataw il-preżenza tat-transformer u ż-żewġ rollers fuq il-bastiment. |
14 |
Permezz ta’ avviż ta’ dazju fuq l-importazzjoni tad-9 ta’ Awwissu 2010, l-uffiċċju prinċipali tad-dwana ta’ Lörrach talab dazji doganali lil Ultra‑Brag li kienu jammontaw għal Eur 122470.07 mingħajr ma identifika debituri oħrajn minbarra hi. |
15 |
Wara li l-ilment tagħha ġie miċħud, Ultra-Brag ippreżentat rikors quddiem il-Finanzgericht Baden-Württemberg (tribunal tal-finanzji ta’ Baden-Württemberg, il-Ġermanja). Hija sostniet li ma kienx hemm lok li jiġu applikati dazji fuq l-importazzjoni peress li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni previsti fl-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali kienu sodisfatti. Hija sostniet li ma wettqet la negliġenza manifesta, inkwantu fdat l-eżekuzzjoni tal-formalitajiet doganali lil kollaboratur ikkwalifikat, u lanqas nuqqas tal-obbligi ta’ sorveljanza li bihom kien marbut. |
16 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li persuna li timpjega tista’ titqies li hija debitur ta’ dejn doganali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi, jekk ikun jista’ jitqies li l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija hija dovuta għall-aġir tagħha, bil-kundizzjoni li dan l-aġir ikun simili għal introduzzjoni irregolari min-naħa tal-istess persuna li timpjega. Hija tosserva li l-kwistjoni dwar fuq liema bażi l-aġir ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, għandu jiġi eżaminat għadha ma ġietx deċiża, b’mod partikolari fir-rigward tal-punt dwar jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni biss l-aġir tal-korpi tal-persuna ġuridika jew jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-aġir ta’ wieħed mill-kollaboraturi tagħha li huma l-kawża diretta tal-introduzzjoni irregolari, sa fejn dan il-kollaboratur huwa responsabbli mit-trasport tal-merkanzija fi ħdan il-persuna ġuridika. |
17 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-parteċipazzjon ta’ Ultra-Brag fl-introduzzjoni irregolar tal-merkanzija, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali, b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-element suġġettiv meħtieġ minn din id-dispożizzjoni hekk kif jirriżulta mill-użu tal-kliem “li kienet taf jew raġonevolment kellha tkun taf li [l-introduzzjoni] kienet kontra l-liġi”. Fil-fehma tagħha, sabiex tevalwa dan l-element suġġettiv, huwa neċessarju li jiġi ddeterminat jekk il-kwistjoni għandhiex tiġi ttrattata mill-perspettiva tal-impjegat ta’ Ultra‑Brag jew ta’ wieħed mill-korpi tagħha. |
18 |
Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tqis li għandu jiġi eżaminat jekk il-kundizzjoni li tirrigwarda l-assenza ta’ negliġenza manifesta, sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni prevista fl-Artikolu 212a tal-imsemmi kodiċi, hijiex sodisfatta, fejn tali evalwazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-aġir tal-impjegat li effettivament intervjena fl-operazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
19 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Baden-Württemberg (qorti tal-finanzi ta’ Baden-Württemberg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel it-tliet domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
20 |
Għandu jiġi enfasizzat li, konformement mal-Artikolu 202(1)(a) tal-Kodiċi doganali, dejn doganali jirriżulta f’każ ta’ introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija.Skont din l-istess dispożizzjoni, introduzzjoni ta’ merkanzija għandha titqies li hija irregolari jekk ma tkunx ġiet ippreżentata fid-dwana konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 38 sa 41 tal-imsemmi kodiċi. |
21 |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 202(3) tal-istess kodiċi għandhom bħala għan li jiddefinixxu d-debituri tad-dejn doganali li rriżulta minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, u dan fl-interess ġenerali ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
22 |
Għal dan il-għan, it-tliet inċiżi tal-Artikolu 202(3) ta’ dan il-kodiċi jiddeskrivu l-implikazzjoni tal-persuna li għandha titqies li hija d-debitur minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fl-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija. L-ewwel inċiż għalhekk jindika bħala debitur il-persuna li wettqet l-introduzzjoni irregolari, jiġifieri dik li suppost kellha tmexxi l-operazzjonijiet ta’ ħelsien mid-dwana u tissodisfa l-obbligi tad-dikjarant fid-dwana. It-tieni u t-tielet inċiżi jindikaw il-persuni li, minkejja li ma għandhomx obbligu jipproċedu għall-operazzjonijiet ta’ ħelsien mid-dwana skont id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi kodiċi, kienu madankollu implikati fl-introduzzjoni irregolari jew qabel, jew immedjatament wara. |
23 |
Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġ li tingħata risposta għad-domandi magħmula. |
Fuq l-ewwel domanda
24 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, ta lok għall-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tistax titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minħabba din l-introduzzjoni. |
25 |
Qabel kollox, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 202(3) ta’ dan il-kodiċi jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jiddefinixxi b’mod wiesa’ l-persuni li jistgħu jitqiesu li huma debituri tad-dejn doganali, fil-każ ta’ introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni u li huwa kellu wkoll l-intenzjoni li jiffissa b’mod komplet il-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-persuni debituri tad-dejn doganali (ara s-sentenzi tat-23 ta’ Settembru 2004, Spedition Ulustrans, C‑414/02, EU:C:2004:551, punti 25 u 39; tat-3 ta’ Marzu 2005, Papismedov et, C‑195/03, EU:C:2005:131, punt 38, kif ukoll tas-17 ta’ Novembru 2011, Jestel, C‑454/10, EU:C:2011:752, punti 12 u 13). |
26 |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi Doganali jirreferi għal “persuna” li għaliha hija dovuta l-introduzzjoni irregolari, mingħajr ma jispeċifika jekk hijiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. Għaldaqstant, kull “persuna” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tista’ titqies bħala debitur tad-dejn doganali, jiġifieri dik li għandha titqies li, minħabba l-aġir tagħha, tat lok għall-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija (ara s-sentenzi tat-23 ta’ Settembru 2004, Spedition Ulustrans, C‑414/02, EU:C:2004:551, punt 26, kif ukoll tat-3 ta’ Marzu 2005, Papismedov et , C‑195/03, EU:C:2005:131, punt 39). |
27 |
F’dan il-każ, skont l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal deċiżjoni preliminari, l-introduzzjoni ta’ merkanzija fit-territorju tal-Unjoni twettqet mill-bdot tal-bastiment li kien qed jittrasportaha lejn port fluvjali li kien jinsab f’dan it-territorju, fuq ordni tal-persuna responsabbli mill-affarijiet marbuta mal-esportazzjoni fi ħdan l-impriża li timpjega lit-tnejn. Dan il-bdot huwa l-persuna li kellha, konformement mal-Artikolu 40 tal-Kodiċi doganali, tippreżenta l-merkanzija fid-dwana billi jsemmi d-dikjarazzjoni fil-qosor jew id-dikjarazzjoni doganali prevista f’dan l-artikolu. |
28 |
Ġaladarba ma pproċediex b’dan il-mod, il-bdot tal-bastiment wettaq introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, li, fuq il-bażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi, jagħmlu debitur tad-dejn doganali li rriżulta. |
29 |
Għaldaqstant, iċ-ċirkustanza li impjegat jintroduċi merkanzija b’mod irregolari fit-territorju doganali tal-Unjoni ma tistax titqies li hija suffiċjenti biex jiġi eskluż li l-persuna fiżika jew ġuridika li timpjega ma tistax titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minn din l-introduzzjoni irregolari skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-istess kodiċi. |
30 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li, meta, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, impjegat iwettaq introduzzjoni irregolari filwaqt li josserva l-qafas tal-inkarigu li jkun ġie fdat lilu mill-persuna li timpjegah u filwaqt li jeżegwixxi l-ordnijiet li jkunu ngħatawlu, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet tiegħu, l-ewwel impjegat jaġixxi fil-kuntest tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah. |
31 |
Issa, meta l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni ssir minn impjegat f’isem u għall-persuna li timpjegah, din tal-aħħar għandha titqies li hija l-persuna li, bl-aġir tagħha, hija responsabbli għal din l-introduzzjoni irregolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-23 ta’ Settembru 2004, Spedition Ulustrans, C‑414/02, EU:C:2004:551, punt 29). |
32 |
Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna li timpjega għandha titqies bħala debitur tad-dejn doganali li rriżulta minħabba l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija, b’applikazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali. |
33 |
Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li la l-impjegat li wettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija u lanqas l-impjegat ta’ fuqu li taħt l-ordnijiet tiegħu ikun aġixxa ma huma r-rappreżentant legali tal-persuna ġuridika li timpjegahom ma jistax ikollha effett fuq din il-konklużjoni, peress li l-implementazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-imsemmi kodiċi fir-rigward tal-persuna li timpjega l-impjegat li wettaq l-introduzzjoni irregolari ma tirrikjedi ebda kundizzjoni oħra minbarra dik li din il-persuna li timpjega għandha jkollha l-kwalità ta’ “persuna” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
34 |
Fid-dawl tal-kunserazzjonijiet preċedenti, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 202(3) tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ġuridika, li l-impjegat tagħha, li ma huwiex ir-rappreżentant legali tagħha, iwettaq l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, tista’ titqies li hija d-debitur tad-dejn doganali li nħoloq minħabba din l-introduzzjoni, meta dan l-impjegat introduċa l-merkanzija inkwistjoni billi osserva l-qafas tal-inkarigu fdat lilu mill-persuna li timpjegah u billi eżegwixxa l-ordnijiet mogħtija, għal dan il-għan, minn impjegat ieħor ta’ din tal-aħħar, li f’dan ir-rigward ikun kompetenti fil-qafas tal-funzjonijiet speċifiċi tiegħu, u b’hekk aġixxa fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu, f’isem u għall-persuna li timpjegah. |
35 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
Fuq it-tielet domanda
36 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata fir-rigward tal-persuna li timpjega, persuna ġuridika, manuvra frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux isir biss riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu wkoll jiġi imputat lilha l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati ta’ din il-persuna ġuridika, li kienu inkarigati bl-introduzzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-kuntest tal-funzjonijet rispettivi tagħhom. |
37 |
Skont l-Artikolu 212a tal-imsemmi kodiċi, it-trattament tarrifarju favorevoli, il-ħelsien jew l-eżenzjoni totali jew parzjali ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew ta’ dazji fuq l-esportazzjoni previsti mil-leġiżlazzjoni doganali għandhom japplikaw ukoll fil-każijiet fejn jinħoloq dejn doganali skont l-Artikoli 202 sa 205 tal-istess kodiċi meta l-aġir tal-persuna interessata ma jinvolvi la manuvra frawdolenti u lanqas negliġenza manifesta u li din tal-aħħar tipprovdi l-prova li l-ġew issodisfati “l-kondizzjonijiet l-oħra għall-applikazzjoni” tat-trattament favorevoli, tal-ħelsien jew tal-eżenzjoni. |
38 |
Il-kunċett ta’ “persuna interessata”, fis-sens tal-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali, għandu jinftiehem, fid-dawl tal-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, bħala riferiment għal kull persuna, fiżika jew ġuridika, li titqies bħala debitur ta’ dejn doganali skont wieħed mill-Artikoli 202 sa 205 tal-imsemmi kodiċi, b’mod partikolari minħabba l-fatt li permezz tal-aġir tagħha din il-persuna wettqet l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
39 |
F’ċirkustanzi bħal dawn inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, ma għandux isir biss riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari ta’ merkanzija. |
40 |
Għandu jiġi osservat ukoll li l-fatt li l-persuni impjegati inkwistjoni ma humiex korpi jew rappreżentanti legali tal-persuna ġuridika li timpjegahom huwa mingħajr effett fuq il-konklużjoni li, fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, l-eżistenza ta’ manuvra frawdolenti jew ta’ negliġenza manifesta ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, għandha tiġi evalwata billi jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni l-aġir ta’ dawn l-impjegati. |
41 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 212a tal-Kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi ddeterminata, min-naħa ta’ persuna li timpjega, persuna ġuridika, miżura frawdolenti jew negliġenza manifesta fis-sens ta’ dan l-artikolu, ma għandux biss isir riferiment għall-persuna speċifika li timpjega, iżda għandu jiġi attribwit lilha wkoll l-aġir tal-impjegat jew tal-impjegati li, filwaqt li osservaw il-qafas tal-inkarigu fdat mill-persuna li timpjegahom b’mod li jkunu aġixxew fil-qafas tal-attribuzzjonijiet rispettivi tagħhom f’isem u għall-persuna li timpjegahom, wettqu l-introduzzjoni irregolari tal-merkanzija. |
Fuq l-ispejjeż
42 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( 1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.