This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0412
Judgment of the Court (Third Chamber) of 5 October 2016.#TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH v Finanzamt Kassel II - Hofgeismar.#Request for a preliminary ruling from the Hessisches Finanzgericht.#Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax — Directive 2006/112/EC — Exemptions for certain activities in the public interest — Article 132(1)(d) — Supplies of human organs, blood and milk — Scope — Plasma of human blood transformed and used for industrial purposes.#Case C-412/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016.
TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II - Hofgeismar.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Artikolu 132(1)(d) – Kunsinni ta’ organi, ta’ demm u ta’ ħalib umani – Portata – Plażma ta’ demm uman ipproċessata u użata għal finijiet industrijali.
Kawża C-412/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Ottubru 2016.
TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH vs Finanzamt Kassel II - Hofgeismar.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Artikolu 132(1)(d) – Kunsinni ta’ organi, ta’ demm u ta’ ħalib umani – Portata – Plażma ta’ demm uman ipproċessata u użata għal finijiet industrijali.
Kawża C-412/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:738
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
5 ta’ Ottubru 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali — Artikolu 132(1)(d) — Kunsinni ta’ organi, ta’ demm u ta’ ħalib umani — Portata — Plażma ta’ demm uman ipproċessata u użata għal finijiet industrijali”
Fil-Kawża C‑412/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hessisches Finanzgericht (qorti tal-finanzi ta’ Hessen, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-24 ta’ Marzu 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-28 ta’ Lulju 2015 fil-proċedura
TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH
vs
Finanzamt Kassel II - Hofgeismar,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u M. Vilaras, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Wahl,
Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-28 ta’ April 2016,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH, minn T. Dennisen u T. Otto, Rechtsanwälte, kif ukoll minn U. Prinz, Steuerberater, |
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, J. Möller u K. Petersen, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u M. Bóra, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u B.‑R. Killmann, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑2 ta’ Ġunju 2016,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn TMD Gesellschaft für transfusionsmedizinische Dienste mbH (iktar ’il quddiem “TMD”), kumpannija li tiġġestixxi stabbiliment għat-trasfużjoni tad-demm stabbilit fil-Ġermanja, u l-Finanzamt Kassel II – Hofgeismar (amministrazzjoni fiskali ta’ Kassel, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-“amministrazzjoni fiskali”) dwar l-issuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-attività ta’ kunsinni, imwettqa minn TMD, ta’ plażma intiża għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi: “1. It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT: [...]
[...]” |
4 |
It-Titolu IX ta’ din id-direttiva, intitolat “Eżenzjonijiet”, jinkludi b’mod partikolari Kapitolu 2 dwar l-“Eżenzjonijiet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku” u Kapitolu 4, intitolat “Eżenzjonijiet għal transazzjonijiet intra-Komunitarji”. |
5 |
L-Artikolu 132(1) tal-imsemmija direttiva, li jinsab f’dan il-Kapitolu 2, jipprovdi: “L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin: [...]
[...]” |
Id-dritt Ġermaniż
6 |
Il-punt 17 tal-Artikolu 4 tal-Umsatzsteuergesetz (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ, iktar ’il quddiem l-“UStG”), fil-verżjoni applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, huwa fformulat kif ġej: “Fost l-operaturi msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 1(1) huma eżentati: [...]
|
7 |
L-Artikolu 15 tal-UStG jirregola d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa. Fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, dan l-artikolu huwa fformulat kif ġej: “1) L-imprenditur jista’ jnaqqas it-taxxi tal-input imħallsa segwenti:
2) Hija eskluża mid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fir-rigward tal-kunsinna, tal-importazzjoni jew tal-akkwist intra-Komunitarju ta’ beni jew ta’ kull prestazzjoni oħra li l-imprenditur juża għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet segwenti:
[...] 3) L-esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis prevista fil-paragrafu 2 ma tapplikax meta t-tranżazzjonijiet
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
8 |
TMD tiġġestixxi stabbiliment għat-trasfużjoni tad-demm. L-attività tagħha tikkonsisti fit-teħid, permezz ta’ proċess ta’ inġinerija kimika, tal-plażma tad-demm mingħand id-donaturi u fit-taħlit tagħha ma’ soluzzjoni antikoagulanti li tinkludi b’mod partikolari ċ-ċitrat tas-sodju. Din it-taħlita mbagħad tiġi pproċessata f’magna ta’ ċentrifugazzjoni, sabiex jiġu estratti ċerti elementi. Dawn l-elementi jinġabru u jiġu kkunsinnati ffriżati lil impriżi fis-settur farmaċewtiku. |
9 |
Fil-kuntest tal-attività tagħha, TMD ikkunsinnat dan it-tip ta’ plażma lil X AG, kumpannija stabbilita fl-Isvizzera. Din irċeviet il-kunsinna tal-plażma mingħand TMD u ddistribwixxietha lejn id-diversi siti ta’ produzzjoni tagħha li jinsabu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, sabiex jiġu ppreparati prodotti mediċinali. |
10 |
TMD qieset li l-plażma li hija kienet tikkunsinna lill-fabbrikanti ta’ prodotti mediċinali ma kinitx taqa’ taħt l-eżenzjoni għall-kunsinni ta’ demm uman. Fid-dikjarazzjoni tal-VAT tagħha għas-sena 2008, TMD għalhekk talbet, mingħand l-amministrazzjoni fiskali, it-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa għal tranżazzjonijiet marbuta mal-kunsinni tagħha ta’ plażma. |
11 |
Mill-banda l-oħra, l-amministrazzjoni fiskali qieset li l-kunsinni ta’ plażma mwettqa lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni kienu tranżazzjonijiet eżentati mill-VAT u, għalhekk, irrifjutat it-tnaqqis tat-taxxa tal-input. |
12 |
Fid-dikjarazzjonijiet tagħha għas-snin 2009 u 2010, li ġew aċċettati mill-amministrazzjoni fiskali, TMD ma naqsitx it-taxxa tal-input. |
13 |
Fis-7 ta’ Diċembru 2012, TMD talbet rettifika tad-determinazzjoni tal-VAT għall-perijodu bejn is-sena 2008 u s-sena 2010. Hija talbet ir-rikonoxximent tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxi tal-input imħallsa fir-rigward tal-kunsinni ta’ plażma. Insostenn tat-talba tagħha, hija sostniet li l-kunsinni intra-Komunitarji ta’ plażma li fir-rigward tagħhom hija issa kienet qiegħda titlob it-tnaqqis tat-taxxi tal-input imħallsa ma kinux tranżazzjonijiet eżentati taħt il-punt 17(a) tal-Artikolu 4 tal-UStG, sa fejn, skontha, dawn kienu fil-fatt kunsinni lil impriżi farmaċewtiċi ta’ plażma “sors”, intiża sabiex tiġi sseparata għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali. |
14 |
L-amministrazzjoni fiskali ċaħdet it-talbiet għal rettifika permezz ta’ deċiżjoni tas‑7 ta’ Mejju 2013, li kontriha TMD ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju. |
15 |
Insostenn tar-rikors tagħha, TMD issostni li l-kunsinni ta’ plażma intiża għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali ma jikkostitwixxux kunsinni ta’ demm, fis-sens tal-punt 17(a) tal-Artikolu 4 tal-UStG jew tal-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112. |
16 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hessisches Finanzgericht (qorti tal-finanzi ta’ Hessen, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali
17 |
Permezz ta’ ittra tat-13 ta’ Ġunju 2016, TMD talbet il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali minħabba, essenzjalment, li l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fihom, fil-punt 49 tagħhom, żball oġġettiv. |
18 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jipprevedux il-possibbiltà għall-partijiet li jippreżentaw osservazzjonijiet bi tweġiba għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali (digriet tal-4 ta’ Frar 2000, Emesa Sugar, C‑17/98, EU:C:2000:69, punt 2, u sentenza tas-6 ta’ Settembru 2012, Döhler Neuenkirchen, C‑262/10, EU:C:2012:559, punt 29). |
19 |
Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, kif jirriżulta mill-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet. |
20 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni f’din il-kawża. |
21 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. |
Fuq id-domandi preliminari
22 |
Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinni ta’ demm uman li l-Istati Membri huma obbligati jeżentaw skont din id-dispożizzjoni jinkludux ukoll il-kunsinni ta’ plażma miksuba minn demm uman, meta din il-plażma ma tkunx intiża għal użu terapewtiku dirett iżda esklużivament għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali. |
23 |
Skont l-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-kunsinni ta’ organi, demm u ħalib umani. |
24 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċetti li jinsabu f’dan l-Artikolu 132 jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni maħsuba sabiex jiġu evitati diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT bejn Stat Membru u ieħor (sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, VDP Dental Laboratory et, C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13, EU:C:2015:116, punt 44). |
25 |
Issa, il-kunċett ta’ “demm uman”, li jinsab fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, ma huwiex iddefinit mid-Direttiva 2006/112. |
26 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tifsira u l-portata ta’ dan il-kunċett għandhom jiġu stabbiliti konformement mat-tifsira abitwali fil-lingwa kurrenti, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih qiegħed jintuża dan il-kunċett u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2012, Ketelä, C‑592/11, EU:C:2012:673, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
27 |
Fir-rigward tat-tifsira abitwali tiegħu, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ “demm uman” jirreferi għal element tal-ġisem uman ikkostitwit minn diversi komponenti li ma humiex awtonomi, li huma ta’ natura komplementari u li l-azzjoni b’sinerġija tagħhom tippermetti li jitwassal id-demm fl-organi u fit-tessuti kollha. |
28 |
Wieħed minn dawn il-komponenti komplementari huwa l-plażma, jiġifieri l-likwidu li jservi sabiex komponenti oħra tad-demm uman jiġu ttrasportati madwar dan il-ġisem. |
29 |
Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-kuntest ġenerali, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa pprojbit li l-ġisem uman u l-partijiet tiegħu, bħala tali, ikunu sors ta’ profitt. |
30 |
Fir-rigward, it-tieni nett, tal-finalità tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112, għandu jitfakkar li dan l-artikolu huwa intiż li jeżenta mill-VAT ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċess għal ċerti prestazzjonijiet kif ukoll il-provvista ta’ ċerti beni billi jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-issuġġettar tagħhom għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, VDP Dental Laboratory et, C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13, EU:C:2015:116, punti 43 u 45, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
31 |
Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi osservat li din id-dispożizzjoni tikkonċerna, bħalma jagħmlu l-punti (b), (ċ) u (e) tal-istess Artikolu 132(1), tranżazzjonijiet marbuta direttament mal-kura tas-saħħa jew għandhom finalità terapewtika. |
32 |
Għaldaqstant, l-eżenzjoni tal-kunsinni ta’ demm uman, prevista fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, għandha tinftiehem fis-sens li hija maħsuba sabiex tiżgura li l-kunsinna ta’ prodotti li jikkontribwixxu għall-kura tas-saħħa jew li l-finalità tagħhom hija terapewtika ma ssirx inaċċessibbli minħabba l-ispejjeż addizzjonali ta’ dawn il-prodotti li jirriżultaw li kieku l-provvista tagħhom kienet suġġetta għall-VAT (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-26 ta’ Frar 2015, VDP Dental Laboratory et, C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13, EU:C:2015:116, punt 46, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). |
33 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-kunsinna tad-demm uman, inkluża l-kunsinna tal-plażma li tagħmel parti mill-kompożizzjoni tiegħu, għandha taqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112, meta din il-kunsinna tikkontribwixxi direttament għal attivitajiet ta’ interess ġenerali, jiġifieri meta l-plażma kkunsinnata tintuża direttament għall-kura tas-saħħa jew għal finijiet terapewtiċi. |
34 |
B’dan premess, għandu jitfakkar li t-termini użati sabiex jiġu deskritti l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati b’mod strett minħabba li jikkostitwixxu derogi mill-prinċipju ġenerali li l-VAT għandha tinġabar għal kull provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas minn persuna taxxabbli (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-28 ta’ Lulju 2011, Nordea Pankki Suomi, C‑350/10, EU:C:2011:532, punt 23, kif ukoll tat-22 ta’ Ottubru 2015, Hedqvist, C‑264/14, EU:C:2015:718, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
35 |
Minn dan jirriżulta li, għall-kuntrarju, ma tistax taqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112 il-plażma msejħa “industrijali”, jiġifieri l-plażma li l-kunsinna tagħha ma tikkontribwixxix direttament għal attivitajiet ta’ interess ġenerali, sa fejn tkun maħsuba sabiex tiġi integrata fi produzzjoni industrijali, b’mod partikolari sabiex jiġu ffabbrikati prodotti mediċinali. |
36 |
Għaldaqstant, hija biss il-plażma effettivament maħsuba għal użu terapewtiku dirett li taqa’ taħt l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112. |
37 |
Sa fejn il-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni huwa suġġett għall-użu tal-plażma f’ċertu tip ta’ attività ta’ interess ġenerali, il-fatt li plażma intiża għal użu industrijali tista’ teoretikament tkun is-suġġett ta’ użu terapewtiku dirett, jekk jitqies li dan il-fatt huwa stabbilit, ma jistax jimplika li din il-plażma għandha tibbenefika mis-sistema ta’ eżenzjoni maħsuba sabiex jiġi llimitat biss il-kost tal-plażma effettivament intiża għal użu terapewtiku dirett. |
38 |
Issa, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li plażma, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma hijiex intiża għal finijiet ta’ kura tas-saħħa jew terapewtiċi iżda hija intiża esklużivament għal finijiet farmaċewtiċi. |
39 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali plażma ma tistax taqa’ taħt l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112. |
40 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinni ta’ demm uman li l-Istati Membri huma obbligati jeżentaw skont din id-dispożizzjoni ma jinkludux il-kunsinni ta’ plażma miksuba mid-demm uman, meta din il-plażma ma tkunx intiża għal użu terapewtiku dirett iżda esklużivament għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali. |
Fuq l-ispejjeż
41 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 132(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinni ta’ demm uman li l-Istati Membri huma obbligati jeżentaw skont din id-dispożizzjoni ma jinkludux il-kunsinni ta’ plażma miksuba mid-demm uman, meta din il-plażma ma tkunx intiża għal użu terapewtiku dirett iżda esklużivament għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti mediċinali. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.