This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CC0678
Opinion of Advocate General Campos Sánchez-Bordona delivered on 8 February 2017.#Mohammad Zadeh Khorassani v Kathrin Pflanz.#Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof.#References for a preliminary ruling — Directive 2004/39/EC — Markets in financial instruments — Article 4(1)(2) — Definition of ‘investment services’ — point 1 of Section A of Annex I — Reception and transmission of orders in relation to one or more financial instruments — Potential inclusion of brokering with a view to concluding a portfolio management contract.#Case C-678/15.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Campos Sánchez-Bordona, ippreżentati fit-8 ta’ Frar 2017.
Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/39/KE – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Artikolu 4(1)(2) – Kunċett ta’ ‘servizzi ta’ investiment’ – Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I – Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar – Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll.
Kawża C-678/15.
Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali M. Campos Sánchez-Bordona, ippreżentati fit-8 ta’ Frar 2017.
Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/39/KE – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Artikolu 4(1)(2) – Kunċett ta’ ‘servizzi ta’ investiment’ – Punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I – Riċeviment u trażmissjoni ta’ ordnijiet li jirrigwardaw strument finanzjarju wieħed jew iktar – Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fid-dawl tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll.
Kawża C-678/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:100
KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fit-8 ta’ Frar 2017 ( 1 )
Kawża C-678/15
Mohammad Zadeh Khorassani
vs
Kathrin Pflanz
talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja)
“Protezzjoni tal-konsumaturi — Swieq ta’ strumenti finanzjarji — Kunċett ta’ “servizzi u attivitajiet ta’ investiment” — Servizz ta’ “riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar” — Inklużjoni eventwali tal-intermedjazzjoni fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll”
1. |
Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja) titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tieħu deċiżjoni fuq wieħed mill-metodi ta’ provvediment ta’ servizzi finanzjarji rregolati mid-Direttiva 2004/39/KE ( 2 ). Hija tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-azzjonijiet ta’ persuna fiżika li sservi ta’ intermedjatur fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni ta’ portafoll (iffirmat bejn terz u kumpannija ta’ investiment residenti f’Liechtenstein) jistgħux jaqgħu fost is-servizzi li għalihom tapplika d-Direttiva. |
2. |
Il-kawża hija rilevanti, minn naħa waħda, mill-perspettiva ġenerali tal-protezzjoni tal-investitur. Id-diskrepanza fl-informazzjoni bejn l-utenti ta’ dawn is-servizzi u d-ditti li jipprovduhom, il-kumplessità li dejjem tiżdied tal-prodotti offruti u n-nuqqas ta’ kultura finanzjarja ta’ segmenti kbar tal-popolazzjoni, flimkien ma’ fatturi oħra, jikkawżaw li l-individwi jistgħu jitħeġġu biex jieħdu deċiżjonijiet żbaljati (u jkunu ta’ dannu serju għall-interessi tagħhom) fil-qasam tat-tfaddil, l-investimenti jew id-dejn. Sabiex dawn il-fenomeni jitwaqqfu, li kienu parti minn xi kriżijiet riċenti, minkejja l-liberalizzazzjoni tas-swieq u l-livell għoli ta’ kompetizzjoni globali tagħhom, il-leġiżlaturi għaddew regolamenti li jiddefendu l-pożizzjoni tal-konsumaturi, biex jippruvaw jiksbu bilanċ ( 3 ) bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-operaturi tas-suq. Dan il-mudell ta’ intervent huwa l-bażi preċiża tad-Direttiva MiFID I. |
3. |
Min-naħa l-oħra, minn perspettiva iktar iffokata fuq is-sistema legali unika ta’ din id-direttiva, qiegħed jiġi kkontestat il-qafas regolatorju ta’ ċerti suppożizzjonijiet ta’ intermedjazzjoni bħal dak li jinsab fil-bidu tal-kawża prinċipali. Huma suġġetti għad-Direttiva MiFID I, li jirriżulta f’iktar protezzjoni tal-investituri jew, għall-kuntrarju, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha? Il-kontroversja hija llimitata, b’mod partikolari, biex tanalizza jekk is-servizzi finanzjarji għandhomx jinkludu biss dawk id-ditti tal-investiment li jirċievu u jittrażmettu ordnijiet mill-investituri dwar strumenti finanzjarji partikolari. Sar dibattitu twil fuq dan l-aġġettiv tal-aħħar. |
I – Il-kuntest ġuridiku
A – Id-dritt tal-Unjoni
1. Id-Direttiva 2004/39
4. |
B’mod konformi mal-premessa 2: “[…] huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti tal-nvestiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post..[…]” |
5. |
Il-premessa 20 tipprovdi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb tranżazzjoni bejn dawn l-investituri.” |
6. |
Skont l-Artikolu 1(1): “Din id-Direttiva għandha tapplika għad-ditti tal-investiment u s-swieq regolati.” |
7. |
L-Artikolu 3(1) jipprovdi: “1. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva rigward kull persuna li għaliha huma l-Istat Membru tal-post li:
|
8. |
L-Artikolu 4(1), fih id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]
[…]” |
9. |
Fl-Anness 1 Taqsima A jissemmew bħala servizzi u attivitajiet ta’ investiment:
|
2. Direttiva 2006/73/KE ( 4 )
10. |
Skont il-premessa 81: “Konsulenza ġenerika dwar tip ta’ strument finanzjarju mhijiex konsulenza dwar l-investiment għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, minħabba li din id-Direttiva tispeċifika li, għall-finijiet tad-Direttiva 2004/39/KE, konsulenza dwar l-investiment hija ristretta għal konsulenza dwar strumenti finanzjarji partikolari. Madankollu, jekk kumpanija tal-investiment tipprovdi konsulenza ġenerika lil klijent dwar tip ta’ strument finanzjarju li hi tippreżenta bħala addattata għal, jew ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’, dak il-klijent, u dik il-konsulenza mhijiex infatti addattata għall-klijent, jew mhijiex ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi tiegħu, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari, il-kumpanija x’aktarx tkun qiegħda taġixxi f’kontravenzjoni tal-Artikolu 19(1) jew (2) tad-Direttiva 2004/39/KE. B’mod partikolari, kumpanija li tagħti lil klijent din it-tip ta’ konsulenza x’aktarx li tkun qiegħda tikkontravjeni r-rekwiżit tal-Artikolu 19(1) li taġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħha. Bl-istess mod jew alternattivament, din il-konsulenza x’aktarx li tkun tikkontravjeni r-rekwiżit tal-Artikolu 19(2) li informazzjoni indirizzata minn kumpanija lil klijent għandha tkun ġusta, ċara u ma tqarraqx.” |
11. |
L-Artikolu 52 jipprovdi: “Għall-finijiet tad-definizzjoni ‘konsulenza dwar l-investiment’ fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2004/39/KE, rakkomandazzjoni personali hija rakkomandazzjoni li ssir lil persuna fil-kapaċità tagħha bħala investitur jew investitur potenzjali, jew fil-kapaċità tagħha bħala aġent għal investitur jew investitur potenzjali. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tkun ippreżentata bħala addattata għal dik il-persuna, jew għandha tkun ibbażata fuq konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ dik il-persuna, u għandha tikkostitwixxi rakkomandazzjoni biex jittieħdu l-passi li ġejjin
Rakkomandazzjoni mhijiex rakkomandazzjoni personali jekk toħroġ esklussivament permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni jew tkun destinata għall-pubbliku” |
B – Id-dritt Ġermaniż
12. |
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-kawża jinsabu fil-Kreditwesengesetz (liġi dwar is-settur finanzjarju, iktar ’il quddiem, “KWG”) ( 5 ). |
13. |
L-Artikolu 1 jipprevedi “1a. […] Għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi finanzjarji:
|
14. |
L-Artikolu 32(1) jipprovdi: “1. Kull min jixtieq jipprovdi servizzi finanzjarji fit-territorju nazzjonali ta’ natura professjonali jew f’volum li jeħtieġ stabbiliment kummerċjali […] għandu jikseb l-awtorizzazzjoni bil-miktub mill-Bundesanstalt [für Finanzdienstleistungsaufsicht (Uffiċċju Federali tal-kontroll tas-servizzi finanzjarji […]”. |
15. |
L-Artikolu 823(2) tal-Bürgerliches Gesetzbuch (Kodiċi Ċivili Ġermaniż, iktar ’il quddiem il-“BGB”) jipprovdi kif ġej: “L-obbligu [li jingħata kumpens għal ħsara kkawżata] jaqa’ fuq kull persuna li tikser dispożizzjoni intiża sabiex tipproteġi persuna oħra.” |
II – Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
16. |
F’Novembru 2007, M. Z. Khorassani kkuntattja lil K. Pflanz, li rrakkomandatlu, kif jidher, li l-investiment “Grand-Slam”. K. Pflanz ma kellhiex awtorizzazzjoni mill-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (Uffiċċju Finanzjarju ta’ Sorveljanza Federali, il-Ġermanja; iktar ’il quddiem, “BaFin”) sabiex tipprovdi servizzi finanzjarji skont l-Artikolu 32(1) tal-KWG. |
17. |
Fid-19 ta’ Novembru 2007, K. Pflanz tat parir lil M. Z. Khorassani sabiex jiffirma kuntratt ta’ servizzi mal-kumpannija G.S.S. AG, kif ukoll kuntratt ta’ amministrazzjoni ta’ portafoll mal-kumpannija D. AG, it-tnejn li huma stabbiliti f’Liechtenstein. |
18. |
M. Z. Khorassani ffirma dawk il-kuntratti, u ntrabat li jagħmel ħlas inizjali, għall-ammont ta’ EUR 20000, u ħlasijiet suċċessivi ta’ EUR 1000 kull xahar, flimkien ma’ 5 % bħala primjum azzjonanarju. F’Diċembru 2007, kien diġà ħallas total ta’ EUR 27000, li minnhom ġew imnaqqsa EUR 19731.60, bħala ħlas ta’ amministrazzjoni bil-quddiem u EUR 1285.71, bħala primjum azzjonarju. |
19. |
M. Z. Khorassani rrevoka l-kuntratti u talab, kemm liż-żewġ kumpanniji ta’ Liechtenstein kif ukoll lil K. Pflanz, il-ħlas lura tal-ammonti mħallsa, flimkien ma’ kumpens. Il-Landgericht Berlin (qorti reġjonali ċivili u kriminali ta’ Berlin, il-Ġermanja) ċaħdet it-talba kontra ż-żewġ kumpanniji, minħabba li tqis li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni internazzjonali, u kkunsidrat dik ippreżentata kontra K. Pflanz bħala infondata. |
20. |
Wara li kiseb ħlas lura ta’ EUR 6803.03, M. Z. Khorassani qies li t-talba tiegħu għal dan l-ammont ġiet issodisfatta, iżda ppreżenta appell quddiem il-Kammergericht (qorti reġjonali superjuri ta’ Berlin, il-Ġermanja), fejn insista fuq it-talba tiegħu (il-ħlas ta’ EUR 20196.97 flimkien mal-interessi u dikjarazzjoni tat-terminazzjoni tal-kuntratt) kontra K. Pflanz. |
21. |
Il-Kammergericht (qorti superjuri reġjonali ċivili u kriminali ta’ Berlin, il-Ġermanja) ċaħdet l-appell. Fil-fehma tagħha, M. Z. Khorassani ma kellux dritt għal kumpens skont l-Artikolu 823(2) tal-BGB, flimkien mal-Artikolu 32(1) tal-KWG, peress li K. Pflanz ma kienet offriet ebda servizz suġġett għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 1(1a) tal KWG. |
22. |
Il-qorti tal-appell iddikjarat li ma kienx biss ingħata parir dwar investiment, iżda kienet saret ukoll intermedjazzjoni fil-qasam ta’ investiment (għall-finijiet ta’ dawk l-istandards nazzjonali), peress li, wara l-parir, K. Pflanz wasslet lil M. Z. Khorassani biex jiffirma ( 6 ) d-dokumenti korrispondenti. Madankollu, ebda waħda mill-attivitajiet imsemmija ma kienu jirreferu għal tranżazzjoni (speċifika) ta’ xiri u bejgħ ta’ strumenti finanzjarji. Għall-qorti tal-appell kien importanti li M. Z. Khorassani kien ingħata kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll li, sussegwentement, kellu jservi bħala bażi għall-akkwist, il-bejgħ u l-amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi, iżda li, fih innifsu, ma kienx jikkostitwixxi strument finanzjarju. |
23. |
M. Z. Khorassani appella din is-sentenza quddiem il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali). Fid-digriet tar-rinviju tagħha, din il-qorti temmen li l-qorti tal-appell ikkonkludiet ġustament li K. Pflanz ma kienet ipprovdiet lil M. Z. Khorassani ebda servizz ta’ parir dwar investiment, skont l-Artikolu 1(1a) tal-KWG. Għal din ir-raġuni, hija żiedet, li ma kienx sar ksur tal-Artikolu 32(1) tal-KWG. |
24. |
Skont il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali), meta tingħata rakkomandazzjoni ta’ amministrazzjoni ta’ portafoll ( 7 ) mingħajr ma jsir riferiment għall-istrumenti finanzjarji speċifiċi, ma jingħatax parir rigward investiment. K. Pflanz ma kinitx twettaq attività ta’ għoti ta’ parir, minħabba li l-kuntratti li kienet tirrakkomanda kienu mmirati lejn l-amministrazzjoni ta’ portafolli finanzjarji u ma ġiex stabbilit li, minbarra dan, tat rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar investimenti ta’ kapital speċifiċi. |
25. |
Għall-kuntrarju, l-aġir ta’ K. Pflanz li wassal lil M. Z. Khorassani jikkonkludi kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi jqajjem dubji għall-qorti tar-rinviju. Għall-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali), ir-riżoluzzjoni tat-tilwima tiddependi fuq il-fatt li l-intermedjazzjoni f’kuntratti ta’ amministrazzjoni ta’ portafolli hija koperta mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2), flimkien mal-Anness I, it-taqsima A, il-punt 1, tad-Direttiva MiFID I, li l-kontenut tagħhom huwa inkorporat fir-regoli Ġermaniżi. |
26. |
Skont il-liġi Ġermaniża ( 8 ), intermedjazzjoni fir-rigward ta’ investiment tfisser dik li sseħħ f’kuntratti ta’ xiri u bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, li teħtieġ attività diretta, finalment, lejn il-fatt li l-klijent jikkonkludi negozju. |
27. |
Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) tqis is-sejbiet tal-qorti tal-appell, skont liema K. Pflanz ipprovdiet medjazzjoni fil-kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi li sar mill-applikant mal-kumpannija D. AG. Għandu jiġi ċċarat, għalhekk, jekk dan il-kuntratt huwiex fih innifsu “operazzjoni ta’ xiri u bejgħ ta’ strumenti finanzjarji” skont it-tieni sentenza, punt 1 tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG. |
28. |
Il-qorti tar-rinviju tipprovdi li għadha ma ġietx solvuta din il-kwistjoni u li, fil-Ġermanja, il-BaFin jagħti interpretazzjoni li kuntratt ta’ ġestjoni tal-assi huwa tranżazzjoni li tinvolvi x-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, minħabba li jinvolvi t-twettiq ta’ dawn it-tranżazzjonijiet f’isem l-investitur ( 9 ). Għall-kuntrarju, l-opinjoni prevalenti fil-ġurisprudenza dwar it-tieni sentenza, punt 1 tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG u l-ewwel sentenza, punt 4 tal-Artikolu 2(3) identiku, tal-Wertpapierhandelsgesetz (liġi dwar il-kummerċ ta’ titoli) hija li l-intermedjazzjoni fil-qasam tal-investiment ma tistax tinvolvi passi intermedji biss, iżda għandha tiġi estiża għal tranżazzjoni li tikkonċerna strumenti finanzjarji speċifiċi, b’tali mod li l-intermedjazzjoni għall-amministrazzjoni ta’ portafolli ma hijiex inkluża f’dik il-kategorija. |
29. |
Quddiem id-dubju dwar jekk għandhiex tingħata interpretazzjoni stretta jew interpretazzjoni iktar wiesgħa tal-ewwel sentenza, punt 2 tal-Artikolu 4(1), flimkien mal-Anness I, taqsima A, punt 1 tad-Direttiva MiFID I, il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) ikkunsidrat li kien meħtieġ li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll (Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2004/39) huma servizzi ta’ investiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 tad-Direttiva 2004/39/KE?” |
30. |
L-ebda waħda miż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali ma ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub matul il-proċedura preliminari, u lanqas ma attendew is-seduta li saret fis-16 ta’ Novembru 2016, li fiha ppreżentaw is-sottomissjonijiet orali tagħhom il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kif ukoll il-Kummissjoni. |
III – Analiżi tad-domanda preliminari
31. |
Il-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali) illimitat b’mod preċiż id-domanda preliminari tagħha, wara li ddeċidiet li l-intervent ta’ K. Pflanz ( 10 ), meta ssuġġeriet li M. Z. Khorassani jiffirma kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll mal-kumpanniji ta’ investiment ta’ Liechtenstein, jista’ jiġi deskritt bħala “pariri dwar l-investiment” fis-sens tal-Anness I, Taqsima A, punt 5, tad-Direttiva MiFID I. Skont il-qorti tar-rinviju, peress li dawn ma kinux rakkomandazzjonijiet personalizzati dwar strumenti finanzjarji speċifiċi, ma setgħux jiġu kklassifikati bħala servizz ta’ dak it-tip. |
32. |
Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tillimita r-risposta tagħha għall-qorti tar-rinviju, u tillimita ruħha skont l-interpretazzjoni tad-Direttiva MiFID I dwar jekk ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll humiex servizz ta’ investiment, mingħajr ma tkun meħtieġa l-opinjoni tagħha rigward il-kunċett ta’ pariri dwar l-investiment. |
33. |
Fil-fehma tiegħi, huwa rilevanti li fid-dibattitu ntużaw dawn it-termini. Jekk, bħala riżultat tal-avvenimenti sussegwenti, l-għażla tal-kumpanniji ta’ ġestjoni tal-portafoll issuġġeriti ( 11 ) minn K. Pflanz irriżultat mhux adegwata, l-aġir tagħha fl-għoti ta’ din ir-rakkomandazzjoni, fl-opinjoni tiegħi, huwa iktar importanti mill-firma, sussegwenti, u kważi dderivata, tal-kuntratt “indott” li ffirma M. Z. Khorassani. Ikun paradossali li jiġi eskluż l-obbligu ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva (u, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, ir-responsabbiltà konsegwenti) għall-aġir iktar serju, jiġifieri, għall-parir li parti mill-assi jiġu fdati għand żewġ kumpanniji speċifiċi sabiex jimmaniġġjawhom u, fl-istess ħin, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni (u tiġi ġġenerata r-responsabbiltà sussegwenti, jekk tkun nieqsa) minħabba l-fatt, kważi strumentali, li dak il-kuntratt ikun intbagħat lill-kumpanniji tal-ġestjoni tal-portafoll. |
34. |
Finalment, għandu jiġi ċċarat jekk aġir bħal dak ta’ K. Pflanz jirrappreżentax servizz ta’ investiment suġġett għar-regoli tad-Direttiva MiFID I, b’mod speċifiku, servizz tar-“riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar”. |
35. |
Ir-raġunamenti fid-digriet tar-rinviju u fl-osservazzjonijiet, bil-miktub u orali, juru li hemm żewġ interpretazzjonijiet possibbli ta’ dak il-kunċett. Il-Gvernijiet tal-Ġermanja, tar-Renju Unit u tal-Portugall jiddefendu interpretazzjoni wiesgħa jew estensiva, filwaqt li l-Kummissjoni u l-Gvern Pollakk jiffavorixxu interpretazzjoni stretta jew restrittiva. Diġà nista’ ngħid li jien nippreferi din tal-aħħar, jiġifieri, li tingħata risposta negattiva għad-domanda tal-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali). |
36. |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħhom iżda wkoll il-kuntest tagħhom u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li huma jifformaw parti minnha. ( 12 ) Għalhekk, ser napplika dawn l-istess kriterji ermenewtiċi (dak litterali, dak sistematiku, u dak teleoloġiku) għar-regola kkontestata. |
37. |
Ser nibda bl-interpretazzjoni litterali. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva MiFID I, huma servizzi u attivitajiet tal-investiment “kull waħda mis-servizzi u l-attivitjiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I li għandhom x’jaqsmu ma’ kull wieħed mill-istrumenti elenkati fit-Taqsima Ċ ta’ l-Anness I”. Dawn is-servizzi jinkludu r-“riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar” ( 13 ). |
38. |
Il-verżjoni Ġermaniża ( 14 ) ta’ dan l-artikolu tidher li hija iktar restrittiva minn oħrajn, bħall-Ispanjola, il-Franċiża, l-Ingliża, it-Taljana jew il-Portugiża ( 15 ). Għalhekk, il-Gvern Ġermaniż josserva li l-espressjoni “f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar” (jew l-ekwivalenti tagħha fil-maġġor parti tal-verżjonijiet lingwistiċi) tista’ ma tkunx teħtieġ rabta diretta bejn il-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll u l-istrumenti finanzjarji speċifiċi. Minn din il-perspettiva, huwa biżżejjed li jkun hemm intermedjazzjoni finanzjarja indiretta sabiex l-attività tkun inkluża fil-kunċett: hekk jiġri fl-aġir li jwassal biex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, li, konsegwentement, jiġi kklassifikat, bħala servizz finanzjarju skont id-Direttiva MiFID I li t-twettiq tiegħu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni amministrattiva rilevanti. |
39. |
Għalkemm l-argument fih punti rilevanti, ma jikkonvinċinix għalkollox. Bħall-Kummissjoni, jiena nemmen, pjuttost, li l-element ewlieni għall-interpretazzjoni tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I huwa l-kelma “ordnijiet”, irripetuta invarjabbilment fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti “ordres”, “orders”, “Auftrag”, “ordini”, “ordens”. Ir-regola titkellem dwar servizzi finanzjarji li jikkonsistu fir-“riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet” u dawn, fil-fehma tiegħi, għandhom jirreferu għal tranżazzjonijiet dwar strumenti finanzjarji partikolari jew speċifiċi. |
40. |
Fil-fehma tiegħi, diffiċli li wieħed jirċievi u jittrażmetti “ordni” li ma tikkonċernax it-twettiq ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji speċifiċi, peress li dak it-terminu, fit-terminoloġija tas-soltu użata f’dawn is-swieq, jinkludi l-idea ta’ speċifiċità. Għalkemm id-Direttiva, f’dan il-paragrafu tal-anness, ma tużax il-formula magħżula mil-leġiżlatur Ġermaniż fl-Artikolu 1 tal-KWG (“tranżazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ”), jiena nikkunsidra li l-kunċett ta’ “ordnijiet” huwa marbut b’mod inseparabbli mal-istrumenti finanzjarji speċifiċi li fuqhom jiġi “ordnat” akkwist, bejgħ jew tranżazzjoni oħra simili. L-inkoraġġiment biex jingħata investiment rigward ċerti tipi ta’ assi finanzjarji, ġeneralment, ikun pjuttost rakkomandazzjoni jew parir, iżda mhux “ordni” kapaċi li twassal għal “riċeviment u trasmissjoni”. |
41. |
Din l-interpretazzjoni hija msaħħa bil-fatt li t-“twettiq ta’ l-ordnijiet f’isem il-klijenti”, mod ta’ servizz finanzjarju fl-Anness I, Taqsima A, punt 2, tad-Direttiva MiFID I, jiġi ddefinit fl-Artikolu 4(1)(5) tal-imsemmija direttiva bħala “ħidma sabiex jiġu konklużi ftehimijiet għax-xiri jew għall-bejgħ ta’ strument finanzjarju jew iktar f’isem klijenti” ( 16 ). |
42. |
Hemm rabta mill-qrib bejn is-servizz ta’ “riċeviment u trasmissjoni ta’ ordnijiet” u t-“twettiq ta’ ordnijiet f’isem il-klijenti”. Jekk il-kumpannija li tipprovdi t-tnejn li huma jkollha l-infrastruttura u l-possibbiltajiet adegwati, ir-riċeviment u t-trażmissjoni tal-ordni dwar prodott speċifiku (strument jew iktar) tkun marbuta, bilfors, mat-twettiq tagħha. Ma kienx ikun meħtieġ li ssir distinzjoni bejn iż-żewġ tipi ta’ servizzi finanzjarji f’ċirkustanzi bħal dawn, iżda d-Direttiva MiFID I għamlet din id-distinzjoni minħabba li hemm kumpanniji tas-servizzi finanzjarji li, mingħajr il-kapaċità li jwettqu l-ordnijiet li jirċievu, għandhom jittrażmettuhom lil impriżi oħrajn li kapaċi jagħmlu dan. F’dawn il-każijiet, ir-“riċeviment u t-trasmissjoni” huma differenti mit-“twettiq”, iżda l-ordnijiet jibqgħu l-istess. |
43. |
Madankollu, kemm ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet kif ukoll it-twettiq tagħhom għandhom jirreferu għal strumenti finanzjarji speċifiċi: ma huwiex possibbli li jiġu mwettqa, f’dawn it-tipi ta’ swieq, ordnijiet ġenerali u lanqas ma għandhom jiġu rċevuti jew trażmessi meta t-twettiq iktar tard tagħhom ma jkunx fattibbli. Fid-Direttiva MiFID I, l-ordnijiet ma jistgħux jiġu assimilati fil-kompiti ġeneriċi, u lanqas ma għandha tiġi inkluża fosthom l-attività mmirata għall-iffirmar ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, li ma tinvolvi ebda ordni eżegwibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe strument finanzjarju speċifiku. |
44. |
Kuntrarjament għal dak li jipprovdi r-Renju Unit, ma naħsibx li din l-interpretazzjoni hija kkontestata mill-premessa 20 tad-Direttiva MiFID ( 17 ). Fil-fehma tiegħi, l-attività li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar, bħala eżempju ipotetiku ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, għandu jkollha l-għan, sabiex tkun inkluża fis-servizzi finanzjarji, ta’ tranżazzjoni speċifika bejniethom dwar “strument jew iktar” ta’ dan it-tip. |
45. |
Fil-fehma tiegħi, tintlaħaq l-istess konklużjoni, fuq il-bażi tal-konnessjoni sistematika tal-kunċett ma’ oħrajn li huma qrib bejn wieħed u ieħor. |
46. |
Sabiex jiddefendu l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I, il-Gvernijiet tar-Renju Unit u tal-Ġermanja invokaw ir-regolamentazzjoni diverġenti tas-servizzi ta’ pariri dwar l-investiment, minn naħa waħda, u r-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti fuq strumenti finanzjarji, mill-oħra:
|
47. |
Għandu jiġi mifhum, għalhekk, skont il-Gvern tal-Ġermanja u l-Gvern Brittaniku, li l-ordnijiet ma għandhomx neċessarjament ikunu relatati ma’ strumenti finanzjarji speċifiċi. Konsegwentement, għandha tiġi miċħuda l-interpretazzjoni restrittiva tal-Anness I, Taqsima A, punt 1, tad-Direttiva MiFID I, peress li, kieku l-leġiżlatur ried jintroduċi din il-limitazzjoni, kien jagħmel dan. |
48. |
Dan l-argument a contrario lanqas ma jikkonvinċini. Ir-riferimenti tal-premessa 81 u l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/73 għal strumenti finanzjarji speċifiċi, fir-rigward ta’ pariri dwar investiment, huma spjegati sabiex jiġi deċiż li dan tal-aħħar ma jinkludix il-pariri ġenerali dwar tip ta’ strument finanzjarju ( 18 ). L-idea li (f’dan l-istadju tar-regolament) ( 19 ) il-parir ġeneriku ma jiġix suġġett għall-ħtiġijiet tad-Direttiva MiFID I hija spjegata mill-fatt li ġie introdott, b’mod espliċitu, ir-riferiment għal “strumenti finanzjarji partikolari”, sabiex jiġu ddefiniti l-limiti, pożittivi u negattivi, ta’ dan il-kunċett. |
49. |
Madankollu, ma kinitx essenzjali din l-istess speċifikazzjoni għas-servizzi finanzjarji ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet, minħabba li dawn diġà kienu (u huma) fihom infushom marbutin mal-“ordnijiet” ta’ azzjoni li, skont id-definizzjoni tagħhom, jinkorporaw mandat dwar strumenti finanzjarji partikolari. Kien ikun superfluwu li tiġi rripetuta din in-nota fid-Direttiva 2006/73, rigward dawk is-servizzi. |
50. |
Barra minn hekk, kif tenfasizza ġustament il-Kummissjoni, speċifikazzjoni inserita f’direttiva tal-iżvilupp (f’dan il-każ, id-Direttiva 2006/73 dwar is-servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment ma tistax isservi bħala bażi għall-interpretazzjoni a contrario ta’ dispożizzjoni tad-direttiva bażika (id-Direttiva MiFID I), rigward is-servizzi finanzjarji ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet. |
51. |
Fir-realtà, wieħed jista’ jgħid li s-servizzi u l-attivitajiet kollha ta’ investiment ipprovduti fl-Anness I, Taqsima A, tad-Direttiva 2004/39 jikkonċernaw tranżazzjonijiet fuq strumenti finanzjarji speċifiċi. Il-parir dwar l-investiment kien l-uniku wieħed li seta’ joħloq dubji u, biex tneħħihom, id-Direttiva ta’ implementazzjoni (id-Direttiva 2006/73) żiedet, b’mod espliċitu, li l-pariri kienu jaqgħu biss taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha fil-każ ta’ “strumenti finanzjarji partikolari”. |
52. |
Fil-qosor, meta persuna tintervjeni bħala intermedjatur bejn il-klijent u l-kumpannija ta’ investiment, fejn tissuġġerixxi lill-ewwel wieħed iqabbad lit-tieni waħda għall-ġestjoni tal-assi tiegħu, ma taġixxix u lanqas taħdem, fil-prinċipju, bi kwalunkwe strument finanzjarju partikolari. Sussegwentement ikunu l-kumpanniji tal-ġestjoni tal-portafoll tal-klijent dawk li, bil-qbil tiegħu jew taħt il-mandat tiegħu, għandhom jispeċifikaw f’liema strumenti finanzjarji ser isir l-investiment. |
53. |
L-applikazzjoni tal-kriterji ta’ interpretazzjoni teleoloġiċi jew finalisti, twassalni nwieġeb b’mod negattiv ukoll għad-domanda tal-qorti tar-rinviju. |
54. |
Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja ( 20 ), kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 2, 5 u 44 tad-Direttiva MiFID I, l-għanijiet ta’ dawn tal-aħħar jinkludu, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-investituri, il-preservazzjoni tal-integrità u l-effikaċja globali tas-sistema finanzjarja kif ukoll it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet. |
55. |
Il-Gvern Ġermaniż, dak Britanniku u dak Portugiż invokaw il-protezzjoni tal-investituri, stipulata b’mod estensiv fid-Direttiva 2004/39, sabiex jiġġustifikaw l-interpretazzjoni wiesgħa tal-Anness I, Taqsima A, paragrafu 1, tad-Direttiva MiFID I. L-intermedjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, minn dik il-perspettiva, kienet ekwivalenti għar-“riċeviment u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar”. |
56. |
Dawk l-istess gvernijiet isostnu li l-interpretazzjoni li jipproponu hija l-iktar waħda koerenti mal-għan li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-investituri, peress li tippermetti li dawn is-suppożizzjonijiet ta’ intermedjazzjoni finanzjarja indiretta jiġu suġġetti għad-Direttiva MiFID I. L-operaturi bħal K. Pflanz, konsegwentement, ikunu obbligati fil-Ġermanja li jkollhom l-awtorità amministrattiva ta’ BaFin, u taħt is-sorveljanza tiegħu. |
57. |
Ċertament, il-protezzjoni tal-investituri hija għan kruċjali tad-Direttiva MiFID I ( 21 ), li huwa rifless fir-rekwiżiti imposti fuq l-impriżi tal-investiment fir-relazzjonijiet tagħhom mal-utenti tas-servizzi tagħhom: huma għandhom jaġixxu, f’konformità mal-Artikolu 19(1) u (2), b’mod onest, ġust u professjonali, skont l-aħjar interess ta’ dawk il-klijenti, li għandhom jipprovdu informazzjoni ġusta, ċara u li ma tqarraqx. |
58. |
Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tal-investitur ma tistax twassal għal riżultati sproporzjonati, bħalma tkun l-estensjoni tal-kontrolli tad-Direttiva MiFID I għal kwalunkwe operatur u għal kull tip ta’ servizzi finanzjarji ( 22 ). Għan tajjeb, li bla dubju huwa dak li jispira t-teorija tal-gvernijiet li jippruvaw jimmassimizzaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-direttiva sabiex jipproteġu lill-investituri kontra aġir bħal dak fil-kawża prinċipali, ma tistax issir interpretazzjoni ta’ dritt fis-seħħ li tibdel is-sens tagħha stess. |
59. |
Id-Direttiva MiFID I tinkorpora ċerti limiti, li fihom għandu jiġi applikat l-għan tal-protezzjoni tal-investitur, mingħajr ma jinqabżu. Minn naħa waħda, l-Artikolu 4(1)(1) jinkludi biss fid-definizzjoni ta’ ditta ta’ investiment lill-persuni legali ddedikati sabiex jipprovdu fuq bażi regolari u professjonali servizzi finanzjarji lil terzi, għalkemm jawtorizza lill-Istati Membri jintegraw f’din id-definizzjoni lil persuni fiżiċi, taħt ċerti kundizzjonijiet. |
60. |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(1) tad-Direttva MiFID I jippermetti wkoll lill-Istati Membri li jirregolaw permezz tar-regoli nazzjonali u li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom l-attività ta’ kwalunkwe persuna mhux awtorizzata sabiex iżżomm fondi jew valuri ta’ klijenti u li tista’ biss tirċievi jew tittrażmetti ordnijiet fuq titoli trasferibbli u azzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv, meta dik il-persuna tkun awtorizzata li tittrażmetti dawk l-ordnijiet għat-twettiq tagħhom mid-ditti tal-investiment. |
61. |
Qed insemmi dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet sabiex nenfasizza li l-protezzjoni tal-utent tas-servizzi finanzjarji, bħala l-iktar parti “dgħajfa” fl-ekwazzjoni, ma tiġġustifikax it-tneħħija tar-rekwiżiti inerenti għall-interpretazzjoni korretta tar-regoli, speċjalment jekk dawn tal-aħħar jiftħu forom oħra ta’ ħarsien tad-drittijiet u l-interessi tal-investitur, kif jiġri hawn. |
62. |
F’dan is-sens, sabiex jinkiseb il-bilanċ tal-assi li jaspira għalih M. Z. Khorassani meta jitlob li jiġi rritornat l-investiment tiegħu, ma huwiex indispensabbli li l-kunċett ta’ “riċeviment u t-trasmissjoni ta’ ordnijiet tal-klijenti f’relazzjoni ma’ strument finanzjarju jew iktar”, ma għandux jiġi mgħawweġ b’tali mod li jinkludi aġir preċedenti (f’dan il-każ, dak tal-intermedjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll) separat fih innifsu mit-termini li fihom finalment issir il-ġestjoni effettiva tal-assi. |
63. |
Għalhekk, il-protezzjoni tal-investitur hija żgurata biżżejjed mid-Direttiva MiFID I, peress li l-kumpannija ta’ ġestjoni tal-portafoll, li toffri lill-investitur it-twettiq tal-ordnijiet (f’dan il-każ) li jikkonċernaw strumenti finanzjarji partikolari, terfa’ r-responsabbiltajiet inerenti għall-pożizzjoni legali tagħha. |
64. |
Fil-każ ta’ M. Z. Khorassani (li, madankollu, ma setax jinjora l-fatt li kien qed jinvesti permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji mhux residenti fil-Ġermanja), jista’ jitlob lill-kumpanniji ta’ Liechtenstein skont il-klawżoli li fih il-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll tiegħu mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Kieku dan kien tal-Liechtenstein, il-protezzjoni legali tiegħu bħala klijent kienet tkun iggarantita, peress li d-Direttiva MiFID I tapplika fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li l-Liechtenstein huwa parti minnha, mingħajr kunsiderazzjoni ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ din id-direttiva. ( 23 ) |
65. |
Peress li l-klijent għandu l-possibbiltà ta’ litigazzjoni kontra l-kumpannija ta’ ġestjoni tal-portafoll, ma narax il-ħtieġa li tiġi estiża s-sistema tad-Direttiva MiFID I għal min kien intermedjatur biss għall-iffirmar tal-kuntratt tal-ġestjoni tal-portafoll. L-għan li tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-interessi tal-investitur, meta dawn ikunu diġà debitament issalvagwardjati minn dispożizzjonijiet oħra f’dik id-direttiva, nirrepeti, ma jeħtieġx interpretazzjoni sfurzata, f’termini legali, tal-kunċetti suġġetti għat-tilwima. |
66. |
Fl-aħħar nett, nixtieq inżid kumment wieħed, b’mod konformi mal-osservazzjonijiet tal-Gvern Pollakk. Permezz tal-informazzjoni fid-digriet tar-rinviju ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk K. Pflanz kinitx jew le aġent marbut maż-żewġ ditti tal-investiment ta’ Liechtenstein, li għandu jiġi ċċarat mill-qrati nazzjonali ( 24 ). |
67. |
Fil-każ li hija aġent marbut, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-Artikolu 23 tad-Direttiva MiFID I, li jimponi serje ta’ obbligi u kontrolli fuq il-kumpanniji finanzjarji li jaħtru aġenti marbuta “għall-għanijiet li jippromwovu s-servizzi tad-ditta ta’ l-investiment, li jitolbu għall-kummerċ bil-ħerqa jew jirċievu ordnijiet minn għand il-klijenti jew klijenti potenzali u jittrasmettuhom, jagħtu post lil strumenti finanzjarji u jipprovdu pariri rigward dawn l-istrumenti u servizzi finanzjarji offruti mid-ditta tal-investiment”. |
68. |
F’din l-ipotesi, peress li l-intermedjazzjoni biex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll tkun attività oħra minn dawk li aġent marbut jista’ jwettaq favur il-kumpannija li tqabbdu, għandhom jiġu rrispettati wkoll ir-regoli tal-aġir għall-forniment ta’ servizzi stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva MiFID I. B’mod partikolari, il-paragrafu 1, tiegħu, jinkludi l-obbligu li l-aġent marbut “jaġixxi b’mod onest, ġust u professjonali skond l-aħjar interessi tal-klijenti tiegħu u jikkonforma, b’mod partikolari, mal-prinċipji ddikjarati fil-paragrafi minn 2 sa 8”. Nirrepeti li hija l-qorti tar-rinviju (jew, fejn xieraq, il-qrati inferjuri) li għandha tiddeċiedi jekk fil-kawża prinċipali jistgħux jiġu applikati dawn il-kunċetti u jirriżultaw il-konsegwenzi legali neċessarji. |
IV – Konklużjoni
69. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (qorti suprema ċivili u kriminali, il-Ġermanja) kif ġej: “L-intermedjazzjoni fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, ma tikkostitwixxix servizz ta’ investiment fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2), u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 tad-Direttiva 2004/39KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji.” |
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU 2004, L 145, p. 1) Ġeneralment, hija magħrufa bħala “Direttiva MiFID I”.
( 3 ) Fl-isfond tal-problema, hemm kunċetti differenti dwar il-pożizzjoni legali tal-utenti tas-servizzi finanzjarji. Għal xi wħud, l-ammont żejjed ta’ protezzjoni kważi jwassal biex, fil-prattika, iġibhom eqwivalenti għal persuni li ma humiex kapaċi jagħtu l-kunsens tagħhom. Għal oħrajn, għall-kuntrarju, peress li huma tranżazzjonijiet kumplessi li jinvolvu t-teħid ta’ riskji (fil-każ tad-deċiżjonijiet finanzjarji), l-obbligi ta’ informazzjoni minn qabel ma jidhrux li huma biżżejjed u ġie magħżul li jiġu ssupplimentati b’kundizzjonijiet serji u garanziji ex ante.
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Awwissu 2006, li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-kumpaniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanjiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU 2006, L 241, p. 26).
( 5 ) Liġi tad-9 ta’ Settembru 1998 (BGB1. 1998 I, p. 2776), emendata bil-Liġi tas-16 ta’ Lulju 2007 (BGB1. 2007 I, p. 1330).
( 6 ) Id-digriet tar-rinviju ma huwiex ċar wisq fid-deskrizzjoni ta’ din il-parti tal-fatti.
( 7 ) Hija tinvoka, għal dan il-għan, it-tieni sentenza, punt 3 tal-Artikolu 1(1a), tal-KWG u l-Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2004/39.
( 8 ) It-tieni sentenza, punt 1a tal-Artikolu 1(1a) tal-KWG.
( 9 ) Hija żżid li din l-interpretazzjoni ġiet ikkonfermata minn żewġ qrati kontenzjużi-amministrattivi f’sentenzi prudenzjali mogħtija fl-ewwel istanza, li rrispettaw il-kliem tal-liġi (“Geschäfte über”, “tranżazzjonijiet f’relazzjoni ma’”), li minn dan wieħed ma jistax jiddeduċi li l-intermedjazzjoni biss hija inkorporata taħt tranżazzjonijiet legali li fihom isir direttament l-akkwist legali tal-istrument finanzjarju.
( 10 ) Ma huwiex ċar fid-digriet tar-rinviju jekk din il-mara aġixxietx b’titolu professjonali jew biss personali, u lanqas jekk għamlitx dan darba biss jew b’mod regolari. Kif irrikonoxxa matul is-seduta l-Gvern Ġermaniż, id-Direttiva 2004/39, kif ġiet trasposta fil-liġi nazzjonali, hija tapplika biss f’dan il-pajjiż għall-persuni fiżiċi meta jipprovdu s-servizzi tagħhom professjonalment.
( 11 ) Skont kif indika l-Gvern Ġermaniż matul is-seduta, K. Pflanz aġixxiet bħala “ambaxxatriċi”, meta pproponiet il-kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll lil M. Z. Khorassanil, li dan iffirma u hi bagħtet, sussegwentement, lill-kumpannija ta’ ġestjoni. Hija kkunsidrat, għalhekk, li l-problema mqajma f’din il-kawża kienet idderivata iktar mir-rakkomandazzjoni li jsir kuntratt (aġir li kienet ħatja tiegħu) milli mit-trażmissjoni tal-kuntratt diġà ffirmat.
( 12 ) Sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2015, Lanigan (C‑237/15 PPU, EU:C:2015:474), punt 35; u tat-8 ta’ Novembru 2016, Ognyanov (C‑554/14, EU:C:2016:835), punt 31.
( 13 ) Anness I, Taqsima A, punt 1
( 14 )
( 15 ) Skont il-verżjoni Spanjola, “recepción y transmisión de órdenes de clientes en relación con uno o más instrumentos financieros”; skont dik Franċiża, “réception et transmission d’ordres portant sur un ou plusieurs instruments financiers”; skont dik Ingliża, “reception and transmission of orders in relation to one or more financial instruments”; skont dik Taljana, “ricezione e trasmissione di ordini riguardanti uno o più strumenti finanziari”; skont dik Portugiża, “recepção e transmissão de ordens relativas a um ou mais instrumentos financeiros”.
( 16 ) Ma hemmx korsiv fil-verżjoni oriġinali.
( 17 ) Nixtieq infakkar li, skont din il-premessa, “[g]ħall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-kummerċ tar-riċeviment u t-trasmissjoni ta’ l-ordnijiet għandu jinkludi wkoll li jinġiebu flimkien żewġ investituri jew iktar biex b’hekk tinġieb transżazzjoni bejn dawn l-investituri.”.
( 18 ) Ara s-sentenza tat-30 ta’ Mejju 2013, Genil 48 u Comercial Hostelera de Grandes Vinos (C‑604/11, EU:C:2013:344), punti 51 u 52.
( 19 ) Għandu jitfakkar li l-parir dwar l-investiment ġie kklassifikat bħala tip ta’ servizz finanzjarju, għall-ewwel darba, fid-Direttiva MiFID I, peress li d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, tal-10 ta’ Mejju 1993, dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 43), ma kinitx tirrikonoxxiha. Ikun illoġiku kieku d-Direttiva 93/22 inkludiet bħala servizz finanzjarju ta’ riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet il-medjazzjoni sabiex jiġi konkluż kuntratt ta’ ġestjoni tal-portafoll u ma applikatx din għas-servizzi ta’ parir dwar l-investiment.
( 20 ) Sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, Nilaş et (C‑248/11, EU:C:2012:166), punt 48.
( 21 ) Għandu jiġi nnotat li din id-direttiva ma tarmonizzax kompletament il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji u hija limitata biex twettaq armonizzazzjoni parzjali, kif jirriżulta mit-tieni premessa tagħha, li tgħid li “huwa meħtieġ li jiġi pprovvdut il-grad ta’ armonizzazzjoni meħtieġ sabiex joffri lill-investituri livell għoli ta’ protezzjoni u sabiex id-ditti ta’ l-investiment jitħallew jipprovdu servizzi ġewwa l-Komunità kollha, ġaladarba hi Suq Waħdieni, fuq il-bażi tas-sorveljanza tal-pajjiż tal-post.”
( 22 ) F’dan is-sens, is-sentenza tat-3 ta’ Diċembru 2015, Banif Plus Bank (C‑312/14, EU:C:2015:794) ikkonkludiet li ma humiex servizz jew attività ta’ investiment għall-finijiet tal-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39 ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’muniti barranin, li għandhom jiddeterminaw l-ammont tas-self skont it-tip ta’ xiri tal-munita barranija applikabbli fiż-żmien tal-ħlas tal-fondi u fid-determinazzjoni tal-ammonti tal-pagamenti mensili skont dan it-tip ta’ bejgħ ta’ din il-munita barranija applikabbli fiż-żmien tal-kalkolu ta’ kull pagament mensili.
( 23 ) Id-Direttiva MiFID II (Artikoli 39 sa 42) u r-Regolament MiFIR (Artikoli 46 sa 49), li ser jissostitwixxu d-Direttiva MiFID I mit-3 ta’ Jannar 2018, jipprovdu sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ ditti ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jipproponu s-servizzi finanzjarji tagħhom fl-Unjoni mingħajr il-bżonn li jistabbilixxu fergħa, bil-kundizzjoni li s-sistema ta’ sorveljanza tal-Istat ta’ oriġini tagħhom tkun ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala ekwivalenti għal dik tal-Unjoni. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Nru 600/2014, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2014, L 173, p. 84) u d-Direttiva 2014/65/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU 2014, L 173, p. 349).
( 24 ) Meta ġie mistoqsi fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Gvern Ġermaniż iddikjara li ma kellux biżżejjed informazzjoni addizzjonali dwar il-fatti.