Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CC0632

Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali H. Saugmandsgaard Øe, ippreżentati fl-24 ta’ Novembru 2016.
Costin Popescu vs Guvernul României et.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa minn Înalta Curte de Casație şi Justiție.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport – Trasport bit-triq – Liċenzja tas-sewqan – Direttiva 2006/126/KE – Artikolu 13(2) – Kunċett ta’ ‘dritt ta’ sewqan mogħti qabel id-19 ta’ Januar 2013’ – Leġiżlazzjoni nazzjonali intiża li tittrasponi din id-direttiva – Obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni.
Kawża C-632/15.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:894

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

SAUGMANDSGAARD ØE

ppreżentati fl-24 ta’ Novembru 2016 ( 1 )

Kawża C‑632/15

Costin Popescu

vs

Guvernul României,

Ministerul Afacerilor Interne,

Direcția Regim Permise de Conducere si înmatriculare a Vehiculelor,

Direcția Rutieră,

Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și înmatriculare a Vehiculelor

[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja, ir-Rumanija)]

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Trasport bit-triq — Liċenzja tas-sewqan — Direttiva 2006/126/KE — Artikolu 13(2) — Kunċett ta’ ‘dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Jannar 2013’ — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva — Obbligu li tinkiseb liċenzja tas-sewqan impost fuq il-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni sabiex isuqu mopeds mingħajr liċenzja qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni — Ammissibbiltà”

I – Introduzzjoni

1.

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja, ir-Rumanija) tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan ( 2 ), u essenzjalment, b’mod iktar partikolari, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2) tagħha, moqri flimkien mal-premessa 5 tagħha.

2.

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ rikors li ġie ppreżentat minn individwu sabiex id-dritt tas-sewqan tiegħu ta’ vettura tat-tip moped fit-toroq pubbliċi, attestat minn dokument li jiċċertifika li huwa kkompleta kors fuq il-kodiċi tat-triq, jiġi rrikonoxxut wara d-19 ta’ Jannar 2013, li hija d-data ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 li huma rilevanti fil-kawża preżenti ( 3 ) u d-data tad-dħul fis-seħħ tal-leġizlazzjoni Rumena li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt nazzjonali.

3.

Il-parti kkonċernata tallega li hija d-detentriċi, abbażi tad-dokument imsemmi iktar 'il fuq, ta’ “dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013”, fis-sens tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, u li dan jeżentaha milli tissuġġetta ruħha għal testijiet ta’ teorija jew prattika sabiex tikseb liċenzja tas-sewqan li hija meħtieġa wara din id-data sabiex issuq il-mopeds fir-Rumanija.

4.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li ser nesponi iktar 'il quddiem, fl-opinjoni tiegħi d-dispozizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni bħal dik inkwistjoni, li permezz tagħha Stat Membru jimponi l-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan fuq persuni li preċedentement kellhom permess sabiex isuqu mopeds fit-toroq pubbliċi mingħajr ma jkollhom tali liċenzja.

II – Il-kuntest ġuridiku

A – Id-dritt tal-Unjoni

5.

Skont il-premessa 5 tad-Direttiva 2006/126, din “ma għandhiex tippreġudika drittijiet eżistenti ta’ sewqan mogħtija jew akkwistati qabel id-data ta’ applikazzjoni”.

6.

Skont il-premessa 13 ta’ din id-direttiva, “[l]-introduzzjoni ta’ kategorija ta’ liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi (mopeds) għandha, b’mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta’ l-iżgħar sewwieqa, li skond l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar bl-inċidenti fit-toroq”.

7.

Il-premessa 16 tagħha tiddikjara li “[i]l-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan kif stabbilit fid-Direttiva 91/439/KEE [ ( 4 )] għandu jiġi sostitwit b’mudell singolu fil-forma ta’ karta tal-plastik. Fl-istess waqt, dan il-mudell ta’ liċenzja tas-sewqan jeħtieġ li jiġi adattat minħabba l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ liċenzji tas-sewqan għaċ-ċiklomuturi u ta’ kategorija ġdida ta’ liċenzji tas-sewqan għall-muturi”.

8.

Skont il-kliem tal-Artikolu 4(1) u (2), intitolat “Kategoriji, definizzjonijiet u età minima”:

“1.   Il-liċenzja tas-sewqan prevista fl-Artikolu 1 għandha tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi b’mutur fil-kategoriji definiti aktar ‘l isfel. Hija tista’ tinħareġ mill-età minima indikata għal kull kategorija. ‘Vettura b’mutur’ tfisser kwalunkwe vettura […] bi propulsjoni awtonoma li timxi fuq it-triq permezz tal-qawwa tagħha stess.

2.   Ċiklomuturi (mopeds):

(kategorija AM)

Vetturi b’żewġ jew tliet roti b’veloċità proġettata massima li ma taqbiżx il-45 km/siegħa, kif definiti fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE [ ( 5 )] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (esklużi dawk b’veloċità proġettata massima li tkun taħt jew ugwali għal 25 km/siegħa), u kwadriċikli ħfief kif definiti fl-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2002/24/KE;

l-età minima għall-Kategorija AM hija ta’ 16-il sena”.

9.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/126, intitolat, “Ħruġ, validità u tiġdid”, jipprovdi, fil-paragrafu 1(a) u (b):

“Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil dawk l-applikanti:

a)

li jkunu għaddew minn test ta’ ħila u ta’ komportament u minn test teoriku u li jissodisfaw l-istandards mediċi, skond il-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi II u III;

b)

li jkunu għaddew minn test teoriku fir-rigward tal-Kategorija AM biss; l-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikanti jgħaddu minn test ta’ ħila u ta’ komportament kif ukoll minn eżami mediku għal din il-kategorija.

Għal triċikli u kwadriċikli f’din il-kategorja l-Istati Membri jistgħu jimponu test distintiv ta’ ħila u ta’ komportament. Għad-differenzjazzjoni ta’ vetturi fil-Kategorija AM, jista’ jiġi inserit kodiċi nazzjonali fil-liċenzja”.

10.

L-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, intitolat “Ekwivalenzi bejn mudelli ta’ liċenzja mhux Komunitarji” jipprovdi kif ġej:

“1.   Bil-kunsens tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-kategoriji definiti fl-Artikolu 4.

Wara li jikkonsultaw il-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu kull aġġustament fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom li jkun meħtieġ bil-għan li jimplementaw id-dispożizzjoniiet ta’ l-Artikolu 11(4), (5) u (6) [ ( 6 )].

2.   Kull dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.”

11.

Abbażi tal-Artikolu 16(1) u (2), tad-Direttiva 2006/126, intitolat “Traspożizzjoni”, l-Istati Membri, minn naħa, kellhom jadottaw u jippubblikaw, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva li huma elenkati fih ( 7 ), mhux iktar tard mid-19 ta’ Januar 2011, u, min-naħa l-oħra, kellhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni mid-19 ta’ Jannar 2013.

B – Id-dritt Rumen

12.

Il‑legea nr 203/2012 (Liġi Nru 203/2012) ( 8 ), li ttrasponiet ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 fid-dritt Rumen, ilha tapplika mid-19 ta’ Jannar 2013. Hija emendat l-Ordonanţa de urgenţă a Guvernului nr. 195/2002 privind circulaţia pe drumurile publice (digriet ta’ urġenza tal-Gvern Nru 195/2002 dwar it-traffiku fit-toroq pubbliċi) ( 9 ) (iktar ’il quddiem l-“OUG Nru 195/2002”), kif ukoll ir-regolament ta’ applikazzjoni ta’ dan id-digriet ta’ urġenza, kif approvat bil-Hotărârea Guvernului nr. 1391/2006 (deċiżjoni tal-Gvern Nru 1391/2006) ( 10 ).

13.

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 203/2012, ir-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 kien jipprevedi, fl-Artikolu 160(2) tiegħu, li, “[i]l-persuni li ma għandhomx liċenzja tas-sewqan jistgħu jsuqu mopeds fit-toroq pubbliċi biss jekk dawn jistgħu juru li kkompletaw kors dwar il-kodiċi tat-triq fi ħdan stabbiliment awtorizzat ta’ taħriġ għas-sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur”.

14.

L-Artikolu 161(2) ta’ dan ir-regolament ta’ applikazzjoni kien jippreċiża li “[m]eta jsuqu fit-toroq pubbliċi, iċ-ċiklisti huma marbuta li jżommu fuqhom il-karta ta’ identità tagħhom u s-sewwieqa tal-mopeds għandhom barra minn hekk iżommu fuqhom l-attestazzjoni ta’ taħriġ tagħhom fil-leġiżlazzjoni tat-triq u ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura”.

15.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 203/2012, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 160 u 161 tal-imsemmi regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 li kienu jirrigwardaw il-mopeds tħassru, filwaqt li d-dispożizzjonijiet applikabbli għar-roti baqgħu validi.

16.

Il-punti 6 u 21 tal-Artikolu 6 tal-OUG Nru 195/2002, hekk kif emendat bil-Liġi Nru 203/20112 (iktar ’il quddiem l-“OUG Nru 195/2002, emendat), jiddefinixxu l-kunċetti ta’ “vettura bil-mutur” u ta’ “moped” u jiddikjaraw, minn naħa, li “il-mopeds […] huma kkunsidrati bħala vetturi bil-mutur” u, min-naħa l-oħra, li l-kwadriċikli ħfief “[h]uma ekwivalenti għal mopeds”.

17.

L-Artikolu 20(1) u (2) jipprovdi kif ġej:

“(1)   Sabiex isuqu vetturi bil-mutur fit-toroq pubbliċi, […] is-sewwieqa tagħhom għandhom ikollhom liċenzja tas-sewqan adattata.

(2)   Il-liċenzji tas-sewqan jinħarġu għall-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin: AM […].”

18.

L-Anness 1 tal-OUG Nru 195/2002, emendat jirrigwarda l-kategoriji ta’ vetturi li għalihom tinħareġ liċenzja tas-sewqan, kif previsti fl-Artikolu 20(2) ta’ dan tal-aħħar. Il-punt (a) tal-imsemmi anness jiddefinixxi l-“kategorija AM” bħala li tipprevedi l-“mopeds”.

19.

Skont il-kliem tal-Artikolu 23(1) u (9) tal-OUG Nru 195/2002, emendat:

“(1)   Id-dritt tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur […] fit-toroq pubbliċi jingħata esklużivament lid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan valida, li tikkorrispondi mal‑kategorija li tinkludi l-vettura, jew lil kull persuna li tista’ tipprova, bħala sostituzzjoni, dokument li jawtorrizzaha sabiex issuq fit-toroq pubbliċi.

[…]

(9)   L-eżami ta’ kisba tal-liċenzja tas-sewqan jikkonsisti f’test tat-teorija li jivverifika l-konoxxenzi u f’test prattiku ta’ verifika tal-kapaċitajiet u tal-aġir, li jikkorrispondu mal-kategorija ta’ liċenzja mitluba. It-test ta’ prattika għall-kategorija AM jikkonsisti biss fil-verifika tal-kapaċitajiet ta’ sewqan f’angoli irranġati b’mod speċjali. Il-kundizzjonijiet għall-kisba tal-liċenzja tas-sewqan huma stabbiliti permezz ta’ regolament”.

III – Il-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

20.

Costin Popescu huwa detentur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, li nħariġlu fit-12 ta’ Ottubru 2010, għal kwadriċiklu ħafif tat-trade mark Aixam, ikklassifikat bħala vettura fil-kategorija L6e ( 11 ), ekwivalenti għal moped. Għandu wkoll fil-pussess tiegħu attestazzjoni, tas-26 ta’ Ottubru 2010, li tiċċertifika li huwa kkompleta kors fil-kodiċi tat-triq għas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi. F’dak iż-żmien, l-imsemmija dokumenti kienu suffiċjenti sabiex isuq vettura bħal tiegħu, b’konformità mal-Artikoli 160 u 161 tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ f’dak iż-żmien.

21.

Mid-19 ta’ Jannar 2013, is-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, jew ta’ vetturi ekwivalenti, ġie suġġett fir-Rumanija għall-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan, abbażi tal-Liġi Nru 203/2012, li emendat l-OUG Nru 195/2002 sabiex tittrasponi fid-dritt nazzjonali ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 ( 12 ).

22.

C. Popescu ppreżenta rikors kontra diversi awtoritajiet nazzjonali ( 13 ), quddiem il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest, ir-Rumanija), sabiex jikseb li d-dritt tiegħu tas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, li kien kiseb qabel id-19 ta’ Jannar 2013, jibqa’ jiġi rrikonoxxut wara din id-data, mingħajr ma jkollu jwettaq formalitajiet jew proċeduri supplimentari ( 14 ), u li dokument li jiċċertifika dan id-dritt jinħariġlu mill-awtorità kompetenti. Insostenn tar-rikors tiegħu, huwa allega li l-leġiżlazzjoni ġdida, li tirriżulta mil-Liġi Nru 203/2012, tmur kontra dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126.

23.

Billi r-rikorrent fil-kawża prinċipali qajjem ukoll eċċezzjoni ta’ inkostituzzjonalità fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-OUG Nru 195/2002 kif emendati bl-imsemmija liġi, il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest) adixxiet lill-Curtea Constituțională (qorti kostituzzjonali, ir-Rumanija).

24.

Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2013, din il-qorti tal-aħħar ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inkostituzzjonalità bħala infondata, minħabba li l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni kienet tmur lil hinn mill-ġurisdizzjoni, tagħha, peress li din il-prerogattiva tappartjeni esklużivament lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali msemmija minn C. Popescu kienu konformi mal-Kostituzzjoni Rumena.

25.

Fuq il-bażi tal-imsemmija deċiżjoni, il-Curtea de Apel București (qorti tal-appell ta’ Bucharest) iddikjarat ir-rikors inammissibbli, permezz ta’ sentenza tat-8 ta’ April 2014.

26.

C. Popescu ppreżenta appell kontra din is-sentenza quddiem il-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja), filwaqt li sostna li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 203/2012 ma kinux konformi mal-premessa 5 u mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, li jipprevedu li “[k]ull dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta’ [din] id-Direttiva.”

27.

Bħala difiża, l-Inspectoratul General al Poliției Române (l-ispettorat ġenerali tal-pulizija Rumen) invoka li l-bidliet imwettqa fl-OUG Nru 195/2002 bil-Liġi Nru 203/2012, li jikkonsistu li s-sewqan ta’ moped ikun suġġett għall-kisba ta’ liċenzja, kienu mmotivati mill-għan li titjieb is-sigurtà fit-toroq, billi jitnaqqas in-numru u l-konsegwenzi tal-inċidenti fit-triq li jinvolvu l-mopeds permezz tar-rekwiżit li s-sewwieqa jiksbu l-konoxxenzi teoretiċi u l-kapaċitajiet prattiċi neċessarji għal taħriġ adattat.

28.

F’dan il-kuntest, permezz tad-digriet tat-12 ta’ Novembru 2015, li wasal quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-30 ta’ Novembru 2015, l’Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel is-segwenti domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:

“Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 […] jippermettu lir-Rumanija li tobbliga lix-xufiera ta’ mopeds, detenturi ta’ dokument uffiċjali li jagħtihom id‑dritt li jsuquhom fit-toroq pubbliċi qabel id-19 ta’ Jannar 2013, li jiksbu liċenzja tas-sewqan billi jgħaddu minn testijiet jew eżamijiet simili għal dawk li jsiru għall-vetturi bil-mutur l-oħra sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu l-mopeds wara d-19 ta’ Jannar 2013?”

29.

Osservazzjonijiet bil-miktub intbagħtu minn C. Popescu, mill-Gvernijiet tar-Rumanija u tas-Slovakkja kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Ma nżammitx seduta għas-sottomissjonijiet orali.

IV – Analiżi

A – Fuq il-kontenut tad-domanda preliminari

30.

Fl-opinjoni tiegħi, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ osservazzjonijiet preliminari, kemm taħt il-perspettiva tal-formulazzjoni ta’ din id-domanda u kemm taħt l-angolu tat-trattament li huwa propost li jingħatalha.

1. Fuq il-klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti fil-kawża prinċipali

31.

Jista’ jiġi osservat li l-formulazzjoni tad-domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja qajmet xi preċiżazzjonijiet, jiġifieri riżervazzjonijiet, min-naħa tal-Gvern Rumen.

32.

Skont it-termini tad-domanda magħmula minnha, il-qorti tar-rinivju tidher li titlaq mill-premessa li r-rikorrent fil-kawża prinċipali kien “[detentur] ta’ dokument uffiċjali li [jagħtih] id-dritt li [jsuqhom] fit-toroq pubbliċi qabel id-19 ta’ Jannar 2013”, bl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Rumena fis-seħħ qabel din id-data. Madankollu, il-Gvern Rumen jikkontesta li wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ dokumenti li l-parti kkonċernata tinvoka ( 15 ) jista’ jitqies bħala li għandu l-valur ta’ dokument uffiċjali li kien taha realment id-dritt inkwistjoni f’dak iż-żmien.

33.

Fir-rigward taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li nħareġ lil C. Popescu mill-awtorità amministrattiva kompetenti ( 16 ), dan il-Gvern iqis li l-imsemmi ċertifikat “kien jikkostitwixxi biss il-prova tar-reġistrazzjoni tal-vettura [kkonċernata]” u kien jippermetti li din tiġi elenkata, b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli f’dan ir-rigward ( 17 ). Fir-rigward tal-attestazzjoni li ġie kkompletat kors tal-kodiċi tat-triq li ngħatatlu minn skola tas-sewqan, dan l-istess Gvern isostni li tali attestazzjoni ta’ taħriġ fil-leġiżlazzjoni tat-toroq kienet tissodisfa r-rekwiżiti tar-regoli li kienu fis-seħħ f’dak iż-żmien ( 18 ), mingħajr ma tkun madankollu s-sors ta’ dritt reali għas-sewqan ta’ vettura bil-mutur fit-toroq pubbliċi. Fl-opinjoni tiegħu, dan id-dritt tal-aħħar, li l-Artikolu 23(1) tal-OUG Nru 195/2002 kien irrikonoxxa esklużivament għall-persuni detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan valida, ma għandux jitħawwad mas-sempliċi dritt li jintużaw mopeds fit-toroq pubbliċi li ngħata permezz tar-regoli oħra evokati preċedentement ( 19 ).

34.

F’dan ir-rigward, infakkar li, fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, id-definizzjoni tal-kontenut tad-dritt intern ta’ Stat Membru u tal-klassifikazzjoni ġuridika tat-tilwima li ġiet adita biha l-qorti tar-rinviju jappartjenu lil din tal-aħħar biss ( 20 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tipproċedi hija stess għal evalwazzjoni tal-elementi fattwali tal-kawża fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali rilevanti, peress li hija għandha tiddeċiedi fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi li huma esposti fid-deċiżjoni tar-rinviju ( 21 ). Madankollu, fi spirtu ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdilhom l-indikazzjonijiet kollha li hija tqis neċessarji ( 22 ).

35.

F’dan il-każ, nippreċiża li jidhirli li l-ebda miż-żewġ dokumenti invokati mir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma jista’ jitqies bħala att li jikkostitwixxi “liċenzja tas-sewqan” ġenwina, mogħtija mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, fis‑sens tad-Direttiva 2006/126. Il-kwistjoni li tibqa’ hija dik jekk il-parti kkonċernata hijiex detentriċi ta’ “dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013”, abbażi tal-leġiżlazzjoni Rumena fis-seħħ qabel din id-data, dritt li jista’, jew li għandu, jinżamm bl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126.

2. Fuq l-għan tad-domanda preliminari u l-argumenti mressqa

36.

Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, jipprekludux jew le li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ġġiegħel lill-persuni li kellhom l-awtorizzazzjoni li jsuqu mopeds fit-toroq pubbliċi mingħajr madankollu ma jkunu detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan qabel id-19 ta’ Jannar 2013 – data li fiha daħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-direttiva fid-dritt intern – sabiex jiksbu tali liċenzja sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu dawn il-vetturi wara din id-data.

37.

Infakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġa pproċediet għall-interpretazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, b’mod partikolari f’sensiela ta’ sentenzi li jikkonċernaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan fis-sens ta’ din id-direttiva ( 23 ). Id-domanda magħmula hawn għandha natura ġdida sa fejn l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “dritt ta’ sewqan mogħti qabel 19 ta’ Januar 2013” li jidher fl-Artikolu 13(2) tal-imsemmija direttiva ma kienx is-suġġett fih innifsu ta’ domanda preliminari. Madankollu, nenfasizza li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar il-funzjoni ssodisfatta minn din id-dispożizzjoni, fil-kuntest ta’ osservazzjonijiet preliminari fformulati fis-sentenza Hofmann ( 24 ). Ser nerġa’ nitkellem dwar it-tagħlim li jista’ jittieħed minn dan il-preċedent ġurisprudenzjali ( 25 ).

38.

Skont id-deċiżjoni tagħha, il-qorti tar-rinviju ma tiħux pożizzjoni dwar ir-risposta li tista’ tingħata għad-domanda magħmula. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, C. Popescu jiddefendi l-argument li jmur kontra r-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/126, u b’mod iktar partikolari, tat-test tal-Artikolu 13(2) tagħha, li jittieħed, id-dritt tas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, mingħand il-persuni li jinsabu f’sitwazzjoni bħal tiegħu, li kien inkiseb taħt il-qafas tal-leġiżlazzjoni preċedenti għar-riforma kkontestata.

39.

Bil-kontra, kemm il-Gvern Rumen u l-Gvern Slovakk kif ukoll il-Kummissjoni jikkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva ma jipprekludux miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni bħal dawk inkwistjoni, li jwebbsu l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ mopeds billi jimponu l-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan, u għalhekk iwasslu għal testijiet u/jew eżamijiet analogi għal dawk meħtieġa għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħra ( 26 ). Jien ukoll għandi l-istess opinjoni bħal din tal-aħħar, minħabba raġunijiet żviluppati iktar 'il quddiem.

B – Fuq ir-risposta għad-domanda preliminari

40.

Fid-dawl tad-differenzi li jeżistu bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, moqri flimkien mal-premessa 5 tagħha, huwa possibbli li jiġi mistoqsi l-effett li għandu jkollhom dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ deċiżjoni ta’ tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali. Madankollu, jidhirli li huwa ċar li mhux biss l-għanijiet previsti minn din id-direttiva, iżda wkoll il-kuntest li iktar speċifikament jagħmel parti minnu l-Artikolu 13 tagħha, iwasslu favur interpretazzjoni kuntrarja għal dik proposta minn C. Popescu.

1. Fuq il-kwistjonijiet imqajma mill-formulazzjoni tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126

41.

Infakkar li l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, li huwa invokat minn C. Popescu sabiex isostni li ma jistax jiġi mġiegħel jikseb liċenzja sabiex ikun jista’ jkompli jsuq fit-toroq pubbliċi l-vettura tiegħu li hija ekwivalenti għal moped, huwa redatt kif ġej, fil-verżjoni tiegħu fil-lingwa Franċiża: “[a]ucun droit de conduire délivré avant le 19 janvier 2013 n’est supprimé ou assorti de restrictions quelconques aux termes des dispositions de la présente directive” ( 27 ).

42.

Interpretazzjoni letterali tal-espressjoni “dritt ta’ sewqan mogħti”, li tidher f’din il-verżjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-tifsira komuni tat-terminu “mogħti” ( 28 ), tista’ tippermetti li jiġi kkunsidrat li l-formulazzjoni tal-imsemmi Artikolu 13(2) timplika li huma biss l-awtorizzazzjonijiet speċifiċi għas-sewqan li jirriżultaw minn att li nħareġ b’mod formali, ġeneralment fil-forma ta’ att amministrattiv individwali, qabel id-19 ta’ Jannar 2013, li ma humiex affettwati, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, mir-rekwiżiti li jinsabu fid-Direttiva 2006/126. Jidhirli li approċċ ekwivalenti jista’ jirriżulta minn verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ din id-dispożizzjoni ( 29 ).

43.

F’dan ir-rigward, ninnota li t-termini “délivré” jew “délivrance” jidhru wkoll, b’mod partikolari, fil-verżjoni fil-lingwa Franċiża tal-Artikoli 4, 6 u 7 tad-Direttiva 2006/126 ( 30 ), li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet minimi għall-għoti tal-mudell uniku ta’ liċenzja tas-sewqan Ewropea previst fl-Artikolu 1 tagħha, li jsaħħaħ l-idea li dawn iż-żewġ termini jirreferu b’mod ġenerali għall-ħruġ, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ta’ att li jagħti lid-detentur tiegħu dritt tas-sewqan ta’ natura ekwivalenti għal dak mogħti minn liċenzja tas-sewqan stricto sensu.

44.

Barra minn hekk, nosserva li l-kunċett ta’ “dritt tas-sewqan” kien intuża b’rabta mal-liċenzji tas-sewqan, b’mod partikolari fil-verżjoni Franċiża tiegħu, fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439 ( 31 ), li ġiet issostitwita bid-Direttiva 2006/126, u li l-imsemmi dritt ġie normalment ippreżentat bħala li “jirriżulta minn liċenzja tas-sewqan” fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ din l-ewwel direttiva ( 32 ).

45.

Madankollu, it-terminoloġija użata fil-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126 tista’ twassal għal interpretazzjoni differenti.

46.

B’mod partikolari, fil-verżjoni bil-lingwa Rumena, li hija invokata minn C. Popescu, tidher l-espressjoni “drept de conducere acordat”, fejn huwa ppreċiżat li t-terminu “drept” jevoka normalment id-dritt fih innifsu, u mhux id-dokument formali li jattesta dritt mogħti, u li, b’differenza mit-terminu “délivré”, li fil-lingwa Franċiża jirreferi normalment għal att, il-kelma Rumena “acordat” tikkorrispondi letteralment mal-kliem Franċiżi “accordé” jew “octroyé” li jistgħu jirreferu kemm għal dritt u kemm għal dokument.

47.

Huwa minnu wkoll għall-verżjonijiet lingwistiċi oħra ta’ din id-dispożizzjoni, fejn jidhru xi vokali li donnhom jagħtu tifsira iktar newtrali, u għaldaqstant portata iktar ġenerali, mill-espressjoni “droit de conduire délivré” preżenti fil-verżjoni Franċiża ( 33 ). Jista’ jirriżulta li kull awtorizzazzjoni jew fakultà ta’ sewqan li kienet irrikonoxxuta minn Stat Membru, anki mingħajr is-sostenn ta’ att formali, tista’ taqa’ taħt ir-riżerva ta’ drittijiet preċedenti li hija stabbilita fl-imsemmi Artikolu 13(2).

48.

Barra minn hekk, il-premessa 5 tad-Direttiva 2006/126, tal-inqas fil-verżjoni tagħha bil-lingwa Franċiża ma tippermettix li jiġi kkjarifikat b’ċertezza kwalunkwe dubju li rriżulta mill-kawża preżenti, peress li fiha huwa indikat li l-imsemmija direttiva “ma għandhiex tippreġudika drittijiet eżistenti ta’ sewqan mogħtija jew akkwistati qabel id-data ta’ applikazzjoni”. Iż-żewġ aġġettivi li jintużaw f’din il-formula jistgħu jwasslu sabiex jinftiehem li jkun hemm lok li jinżammu mhux biss id-drittijiet tas-sewqan “akkwistati” b’mod formali, iżda wkoll dawk “eżistenti” fattwalment qabel din id-data, li jikkostitwixxi approċċ usa’ minn dak li t-terminu “délivré” li jintuża fil-verżjoni Franċiża tal-Artikolu 13(2) iħalli x’jinftiehem.

49.

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-formulazzjoni użata f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tistax isservi bħala bażi unika għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jew tingħata prijorità meta pparagunata mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom, fil-fatt, jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi, fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti bil-lingwi tal-Unjoni Ewropea kollha. Fil-każ ta’ diverġenza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, bħal dak fil-kawża preżenti, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura u l-iskop tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha ( 34 ).

50.

Issa, fid-dawl tal-kuntest u tal-iskopijiet ta’ din id-dispożizzjoni, li għandi l-intenzjoni niddeskrivi issa, inqis li l-kunċett ta’ “dritt ta’ sewqan mogħti” fis-sens tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126, għandu jgawdi tifsira stretta, u mhux ikun suġġett għal interpretazzjoni estensiva li tikkonsisti fil-projbizzjoni għall-Istati Membri li jeħtieġu li persuna li bbenefikat minn awtorizzazzjoni mhux formali sabiex issuq qabel id-19 ta’ Jannar 2013 tkun marbuta sabiex tikseb liċenzja tas-sewqan minn dik id-data.

2. Fuq l-interpretazzjoni rakkomandata fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva 2006/126 u tal-kuntest proprju tal-Artikolu 13 tagħha

51.

Fl-ewwel lok, għandu jiġi nnotat li d-Direttiva 2006/126 kellha bħala għan mhux li titwettaq armonizzazzjoni kompleta tar-regoli nazzjonali applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan iżda sabiex tiffissa prinċipalment il-kundizzjonijiet minimi li taħthom dawn tal-aħħar jistgħu jinħarġu ( 35 ), anki jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-regoli ta’ dritt tal-Unjoni fil-qasam ġie estiż fil-konfront ta’ dawk li rriżultaw preċedentement mid-Direttiva 91/439 ( 36 ). Il-mudell uniku ta’ liċenżji tas-sewqan previst minn dawn id-direttivi huwa intiż sabiex jissostitwixxi progressivament it-tipi ta’ liċenzji tas-sewqan differenti eżistenti fl-Istati Membri u sabiex jippermetti rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji mingħajr formalitajiet, sabiex jiġi ffavorit il-moviment liberu taċ-ċittadini li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni ( 37 ).

52.

L-armonizzazzjoni iktar eżawrjenti li ġiet stabbilita bid-Direttiva 2006/126 kellha bħala għan, fost oħrajn ( 38 ), sabiex “tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà fit-toroq”, rekwiżit li d-Direttiva 91/439 kienet diġà tissodisfa ( 39 ). Taħt din il-perspettiva, id-Direttiva 2006/126 wettqet, fost innovazzjonijiet oħra, l-introduzzjoni tar-rekwiżit ta’ liċenzja tas-sewqan għall-mopeds, li ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 91/439, sabiex “b’mod partikolari, iżżid is-sigurtà fit-toroq fir-rigward ta’ l-iżgħar sewwieqa, li skond l-istatistiċi, jintlaqtu l-agħar bl-inċidenti fit-toroq ( 40 )”.

53.

Mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126 jirriżulta li, b’effett mid-19 ta’ Jannar 2013, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu kategorija ġdida ta’ liċenzji tas-sewqan għall-mopeds, liċenzja li tinħareġ lill-applikanti li kellhom suċċess f’test ta’ teorija u jekk ikun il-każ, jekk il-leġiżlatur nazzjonali jkun iddeċieda li jżid dawn l-obbligi, li jgħaddu b’suċċess minn test prattiku u/jew ezami mediku ( 41 ).

54.

Ma jistax jiġi miċħud li l-fatt li jiġi meħtieġ minn sewwieqa ta’ mopeds li huma jiksbu konoxxenzi teoretiċi u, eventwalment, kompetenzi prattiċi kif meħtieġa mid-Direttiva 2006/126 jippermetti li jiġi żgurat livell ogħla ta’ sigurtà fit-toroq. Barra minn hekk, il-fatt li dokument maħruġ minn awtorità amministrattiva jkun neċessarju, jippermetti li jiġu elenkati d-detenturi tad-dritt tas-sewqan u eventwalment li dan id-dritt jiġi rtirat mingħand l-awturi ta’ ksur gravi tal-kodiċi tat-triq ( 42 ). Mill-elementi li jinsabu fil-fajl preżenti jirriżulta li huwa preċiżament bl-għan li tissaħħah is-sigurtà fit-toroq li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet adottata u li din ir-riforma kienet tidher li effettivament kellha impatt pożittiv fuq l-inċidenti marbuta mal-mopeds li seħħew fit-territorju nazzjonali fid-dawl tal-istatistiċi pprovduti mill-Gvern Rumen ( 43 ).

55.

Kif jenfasizzaw dan il-Gvern u l-Gvern Slovakk, jekk l-interpretazzjoni proposta minn C. Popescu kellha tiġi adottata, dan ikun direttament kontra wieħed mill-għanijiet maġġuri previsti mid-Direttiva 2006/126, peress li tali analiżi twassal sabiex jiġi kkunsidrat li kien ipprojbit għall-Istati Membri li jwebbsu l-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għas-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi li kienu eżistew qabel id-19 ta’ Jannar 2013, minkejja li titjib fis-sigurtà fit-toroq jista’ evidentement jirriżulta minn tali tisħiħ tar-rekwiżiti legali.

56.

Fit-tieni lok, fir-rigward, b’mod iktar speċifiku tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/126, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat, fl-osservazzjonijiet preliminari li jidhru fis-sentenza Hofmann, li dan l-artikolu, “bit-titolu ‘Ekwivalenzi bejn mudelli ta’ liċenzja mhux Komunitarji’, huwa intiż biss li jirregola l-kwistjoni tal-ekwivalenzi bejn id-drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta’ din id-direttiva u l-kategoriji differenti ta’ liċenzji tas-sewqan iddefiniti minnha ( 44 )”.

57.

Il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat l-interpretazzjoni tagħha fuq il-pożizzjoni li l-imsemmi Artikolu 13 jokkupa fil-qafas tad-Direttiva 2006/126 ( 45 ) kif ukoll fil-kunsiderazzjonijiet sussegwenti: “[d]in l-analiżi hija kkonfermata mill-eżami tax-xogħlijiet preparatorji tad-Direttiva 2006/126/KE li minnhom jirriżulta, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 37 tal-konklużjonijiet tiegħu [ ( 46 )], li l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva ġie miżjud fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew li ġġustifika din iż-żieda billi ppreċiża li l-bidla tal-liċenzji tas-sewqan antiki ma għandha fl-ebda każ tirriżulta f’telf jew f’restrizzjoni tad-drittijiet miksuba f’dak li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għas-sewqan ta’ diversi kategoriji ta’ vetturi” ( 47 ).

58.

Fil-kawża preżenti, il-Gvern Rumen jibbaża ruħu fuq din il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Parlament sabiex jiddeduċi, ġustament fl-opinjoni tiegħi, li l-imsemmi Artikolu 13(2) jirreferi esklużivament għad-drittijiet miksuba qabel id-19 ta’ Jannar 2013 li kienu mmaterjalizzati permezz ta’ liċenzja tas-sewqan jew permezz ta’ dokument ta’ natura ekwivalenti, u mhux għas-sitwazzjoni li fiha, qabel din id-data, vettura bil-mutur setgħat tintuża f’toroq pubbliċi mingħajr iż-żamma ta’ liċenzja tas-sewqan bħalma kien il-każ tal-mopeds u tal-vetturi ekwivalenti magħhom fir-Rumanija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 203/2012. Fl-opinjoni tiegħi, l-approċċ hekk propost huwa sostnut minn elementi oħra li jidhru fix-xogħlijiet preparatorji relatati mad-Direttiva 2006/126 ( 48 ).

59.

Minbarra l-oriġini tal-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva, dik tal-premessa 5 tagħha tipprovdi wkoll indikazzjonijiet utli u twassal favur tali interpretazzjoni. Fil-fatt, huwa wkoll il-Parlament li ppropona li tiddaħħal premessa li tipprovdi li “[l]-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan eżistenti ma jirrestrinġix id-drittijiet miksuba li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ sewqan ta’ kategoriji differenti ta’ vetturi” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ( 49 ), billi jirreferi għall-ġustifikazzjoni mogħtija għaż-żieda msemmija iktar 'il fuq ta’ dak li sar il-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu 13 ( 50 ). Barra minn hekk, fid-dawl tal-premessa direttament preċedenti ( 51 ), teżisti rabta ċara bejn ir-rispett tad-drittijiet miksuba li huwa evokat fl-imsemmi premessa 5 u l-liċenzji tas-sewqan eżistenti minn qabel li għandhom jiġu skambjati ma’ mudell uniku ta’ liċenzja tas-sewqan Ewropea ( 52 ).

60.

It-titolu stess tal-imsemmi Artikolu 13, li jipprevedi espressament il-“mudelli ta’ liċenzja [tas-sewqan] mhux Komunitarji”, kif ukoll il-kontenut tal-paragrafu (1) tiegħu moqri fid-dawl ta’ dan it-titolu ( 53 ), isostnu l-analiżi tal-Gvern Rumen li tipprovdi li, billi adotta l-paragrafu (2) ta’ dan l-artikolu, l-għan imfittex mil-leġiżlatur kien li l-emenda tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, fis-sens ta’ uniformizzazzjoni tal-mudelli ta’ liċenzji tas-sewqan u tal-kategoriji ta’ liċenzji, ma għandhiex bħala effett li taffettwa d-drittijiet miksuba mill-persuni li kienu kisbu liċenzja tas-sewqan qabel id-19 ta’ Jannar 2013, u unikament minn dawn il-persuni.

61.

Din l-analiżi tal-kuntest li jagħmel parti minnu l-imsemmi paragrafu 2 hija kkonfermata mill-kontenut tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-ekwivalenza bejn, minn naħa, il-kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan li nħarġu mill-Istati Membri qabel l-implementazzjoni tad-Direttiva 2006/126 u, min-naħa l-oħra, il-kategoriji armonizzati ta’ liċenzji ddefiniti fl-Artikolu 4 tagħha ( 54 ).

62.

Minn dak li ntqal qabel jirriżulta li l-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet miksuba, li huwa invokat impliċitament minn C. Popescu, ma jistax japplika favurih, peress li l-uniċi drittijiet li huma protetti mill-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126 huma dawk li jirriżultaw mil-liċenzji tas-sewqan mogħtija mill-Istati Membri qabel id-19 ta’ Jannar 2013 u li l-parti kkonċernata ma kinitx detentriċi ta’ liċenzja tas-sewqan qabel din id-data bħala terminu.

63.

Barra minn hekk, anki jekk jitqies li sitwazzjoni bħal dik ta’ C. Popescu titqies bħala li taqa’ taħt l-imsemmi Artikolu 13(2), jiena tal-fehma, bħal fil-każ tal-Gvern Slovakk u tal-Kummissjoni, li din id-dispożizzjoni tipprevedi sempliċi possibbiltà għall-Istati Membri sabiex ikomplu jirrikonoxxu drittijiet tas-sewqan li huma kienu taw qabel id-19 ta’ Jannar 2013. Din tistabbilixxi biss li d-Direttiva 2006/126 ma hijiex intiża sabiex tippreġudika dawn id-drittijiet, li għalhekk jibqgħu suġġetti għal-leġiżlazzjonijiet interni li kienu applikabbli qabel din id-data, sa riforma eventwali stabbilita fil-livell nazzjonali.

64.

Fil-fatt, ikun kuntrarju għall-għanijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva 2006/126 ( 55 ) li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlaturi nazzjonali għandhom l-obbligu li jikkonservaw fis-seħħ, b’mod indefinit, awtorizzazzjonijiet tas-sewqan fit-toroq pubbliċi li ma għadhomx validi. Fl-opinjoni tiegħi, id-drittijiet tas-sewqan miksuba f’ċerta epoka ma jistgħux ikunu immutabbli, peress li l-limitazzjoni tagħhom, jew it-tħassir tagħhom jistgħu jkunu essenzjali, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ sigurtà fit-toroq. Fl-opinjoni tiegħi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jemendaw il-leġiżlazzjonijiet tagħhom sabiex jallinjawhom mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, anki fil-każ tal-passat jekk jidhrilhom neċessarju.

65.

Konsegwentement, inqis li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha, moqri flimkien mal-premessa 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

V – Konklużjoni

66.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja, ir-Rumanija) kif ġej:

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, u b’mod iktar partikolari tal-Artikolu 13(2) tagħha, moqri flimkien mal-premessa 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru teżiġi li l-persuni detenturi ta’ dokument li jawtorizzahom sabiex isuqu mopeds fit-toroq pubbliċi qabel id-19 ta’ Jannar 2013 jiġu marbuta sabiex jiksbu liċenzja tas-sewqan, billi jgħaddu minn testijiet analogi għal dawk meħtieġa għall-vetturi bil-mutur oħra, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jsuqu mopeds lil hinn minn din id-data.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.

( 2 ) ĠU 2006, L 403, p. 18. Din id-direttiva daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Jannar 2007.

( 3 ) Bil-kontra, mill-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/126 jirriżulta li l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 7(1)(a), l-Artikolu 9, l-Artikolu 11(1), u (3) sa (6), l-Artikolu 12 kif ukoll l-Annessi I, II u III tagħha saru applikabbli mid-19 ta’ Jannar 2009. Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2012, Akyüz (C‑467/10, EU:C:2012:112, punti 25 et seq), kif ukoll tas-26 ta’ April 2012, Hofmann (C‑419/10, EU:C:2012:240, punti 33 u 37).

( 4 ) Direttiva tal-Kunsill, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317).

( 5 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 399).

( 6 ) L-imsemmi Artikolu 11 huwa intitolat “Dispożizzjonijiet varji dwar l-iskambju, l-irtirar, is-sostituzzjoni u r-rikonoxximent ta’ liċenzji tas-sewqan”.

( 7 ) Jiġifieri, l-Artikolu 1(1); l-Artikolu 3; l-Artikolu 4(1) sa (3) u (4)(b) sa (k); l-Artikolu 6(1) u (2)(a) u (ċ) sa (e); l-Artikolu 7(1)(b) sa (d), u (2), (3) u (5); l-Artikolu 8; l-Artikolu 10; l-Artikoli 13 sa 15; il-punt 2 tal-Anness I; il-punt 5.2 tal-Anness II sa fejn jikkonċerna l-kategoriji A1, A2 u A, IV sa VI.

( 8 ) Liġi tad-9 ta’ Novembru 2012 (Monitorul Oficial al României, Nru 760 tat-12 ta’ Novembru 2012).

( 9 ) Digriet ta’ urġenza kif emendat u kkompletat sussegwentement (Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 670 tat-3 ta’ Awwissu 2006).

( 10 ) Deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2006 (Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 876 tas-26 ta’ Ottubru 2006).

( 11 ) Fuq dan il-kunċett, ara l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2002/24.

( 12 ) L-awtoritajiet konvenuti fil-kawża prinċipali indikaw li din l-emenda kienet intiża sabiex tittrasponi fid-dritt nazzjonali, b’mod iktar preċiż, l-Artikoli 4, 6, 7, 12 u 13 tad-Direttiva 2006/126.

( 13 ) Jiġifieri il-Guvernul României (Gvern Rumen), il-Ministerul Afacerilor Interne (ministru tal-affarijiet interni), id-Direcția Regim Permise de Conducere și înmatriculare a Vehiculelor (direzzjoni tal-liċenzji tas-sewqan u tar-reġistrazzjoni tal-vetturi), id-Direcția Rutieră (direttorat tat-toroq) u s-Serviciul Public Comunitar Regim Permise de Conducere și înmatriculare a Vehiculelor (servizz pubbliku tal-liċenzji tas-sewqan u tar-reġistrazzjoni tal-vetturi).

( 14 ) Fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-Gvern Rumen jippreċiża li, abbażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tranżitorji, peress li C. Popescu kellu l-prova li kkompleta kors tal-kodiċi tat-triq li kiseb qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida, huwa kellu “il-possibbiltà, bejn id-19 ta’ Jannar 2013 u d-19 ta’ Jannar 2014, sabiex jgħaddi mill-eżami ta’ verifika tal-konoxxenzi teoretiċi u tal-ħiliet prattiċi […], mingħajr ma jsegwi kors tal-kodiċi tat-triq [fi ħdan stabbiliment awtorizzat sabiex jipprovdi taħriġ għas-sewwieqa ta’ vetturi bil-mutur], taħt il-kundizzjoni li jiġu osservati l-kundizzjonijiet l-oħra previsti mid-Direttiva 2006/126”.

( 15 ) Ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 16 ) Jiġifieri s-Serviciul Public Comunitar de Evidență a persoanelor Sector 4 București (servizz pubbliku tal-istat ċivil tar-raba’ distrett ta’ Bucharest).

( 17 ) F’dan ir-rigward, il-Gvern Rumen jiċċita l-Artikolu 12(1) tal-OUG Nru 195/2002, li abbażi tiegħu “[s]abiex ikunu jistgħu jintużaw fit-toroq pubbliċi, il-vetturi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li timbotta jew tiġbed bl-idejn u r-roti, għandhom ikunu mniżżla jew rreġistrati, skont il-każ, u jkollhom pjanċi bin-numru ta’ reġistrazzjoni […]”, kif ukoll l-Artikolu 14(1) tal-imsemmi digriet, li minnu jirriżulta li l-vettura ta’ C. Popescu kellha tiġi rreġistrata, f’dan il-każ, fi ħdan wieħed mid-distretti tal-muniċipalità ta’ Bucharest, li jżommu reġistri ta’ vetturi bħall-mopeds.

( 18 ) Jiġifieri l-Artikolu 160(2) u l-Artikolu 161(2) tar-regolament ta’ applikazzjoni tal-OUG Nru 195/2002 fil-verżjoni inizjali tagħhom.

( 19 ) Il-Gvern Rumen isostni li, peress li qabel l-emenda tal-OUG Nru 195/2002 bil-Liġi Nru 203/2012, moped ma kienx ikkunsidrat bħala vettura bil-mutur, is-sewwieqa tagħhom kienu suġġetti għall-istess regoli ta’ sewqan fit-toroq pubbliċi bħaċ-ċiklisti (inkluż b’mod partikolari l-obbligu li jużaw il-mogħdijiet għar-roti) u li l-attestazzjoni li ġie kkompletat kors dwar il-kodiċi tat-triq meħtieġa għal tali sewwieq ma setgħetx tittieħed mingħandu mill-korpi tal-pulizija jew tkun suġġetta għal restrizzjonijiet minħabba ksur tal-kodiċi tat-triq (jew pereżempju, fil-każ ta’ sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol jew in-nuqqas ta’ osservanza tad-dawl l-aħmar tat-traffiku), bil-kontra tal-possibbiltajiet eżistenti għal liċenzja tas-sewqan.

( 20 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-17 ta’ Marzu 2011, Naftiliaki Etaireia Thasou u Amaltheia I Naftiki Etaireia (C‑128/10 u C‑129/10, EU:C:2011:163, punt 40); tat-28 ta’ Lulju 2011, Samba Diouf (C‑69/10, EU:C:2011:524, punt 59), kif ukoll tat-13 ta’ Diċembru 2012, Caves Krier Frères (C‑379/11, EU:C:2012:798, punti 35 et seq).

( 21 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-20 ta’ Mejju 2010, Harms (C‑434/08, EU:C:2010:285, punt 33); tat-3 ta’ Mejju 2012, Kastrati et (C‑620/10, EU:C:2012:265, punt 38), kif ukoll tal-11 ta’ Settembru 2014, Essent Belgium (C‑204/12 sa C‑208/12, EU:C:2014:2192, punt 52).

( 22 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-1 ta’ Lulju 2008, MOTOE (C‑49/07, EU:C:2008:376, punt 30); tad-29 ta’ Ottubru 2009, Pontin (C‑63/08, EU:C:2009:666, punt 49), kif ukoll tat-18 ta’ Lulju 2013, AES‑3C Maritza East 1 (C‑124/12, EU:C:2013:488, punt 42).

( 23 ) Ara s-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 2012, Akyüz (C‑467/10, EU:C:2012:112); tas-26 ta’ April 2012, Hofmann (C‑419/10, EU:C:2012:240); tat-23 ta’ April 2015, Aykul (C‑260/13, EU:C:2015:257); tal-21 ta’ Mejju 2015, Wittmann (C‑339/14, EU:C:2015:333), kif ukoll tal-25 ta’ Ġunju 2015, Nīmanis (C‑664/13, EU:C:2015:417).

( 24 ) Sentenza tas-26 ta’ April 2012 (C‑419/10, EU:C:2012:240, punti 30 sa 42). Nippreċiża li d-domanda magħmula f’din il-kawża kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu11(4) tad-Direttiva 2006/126, iżda li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt jekk l-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva setax jostakola l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, meta huwa magħruf li r-rikorrent fil-kawża prinċipali sostna li, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, il-liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-19 ta’ Jannar 2013 ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ miżura ta’ restrizzjoni, ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar (ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġeneral Bot fil-kawża Hofmann, C‑419/10, EU:C:2011:723, punti 28 sa 39).

( 25 ) Ara l-punti 56 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 26 ) B’konformita mal-Artikolu 23(1) u (9) tal-OUG Nru 195/2002, emendat.

( 27 ) Enfasi miżjuda minni.

( 28 ) L-għoti huwa ddefinit, “normalment”, bħala “l-azzjoni li tagħti lil persuna oġġett jew att [bħal] kopja eżekuttiva ta’ deċiżjoni” (ara Cornu, G., Vocabulaire juridique, -sous la direction de l’Association Henri Capitant, Presses universitaires de France, Paris, 2016, p. 322).

( 29 ) Ara, b’mod partikolari, il-verżjonijiet fil-lingwa Daniża, Ġermaniża, Kroata, Portugiża u Slovakka.

( 30 ) Wieħed u/jew l-ieħor minn dawn it-termini jidhru wkoll, b’mod partikolari, fil-verżjoni Franċiża tal-premessi 2, 4, 6, 8 u 9 ta’ din id-direttiva kif ukoll tal-Artikoli 2, 3 11 u 15 tagħha.

( 31 ) Li jipprovdi, “l-Istati Membri tar-residenza normali jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan fuq il-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jibdlu l-liċenzja b’dan il-għan” (enfasi miżjuda minni).

( 32 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-26 ta’ Ġunju 2008, Wiedemann u Funk (C‑329/06 u C‑343/06, EU:C:2008:366, punti 626472 et seq, kif ukoll punt 81 et seq.); tal-20 ta’ Novembru 2008, Weber (C‑1/07, EU:C:2008:640, punt 41); tad-19 ta’ Frar 2009, Schwarz (C‑321/07, EU:C:2009:104, punti 91, 97 u 98), kif ukoll tat-13 ta’ Ottubru 2011, Apelt (C‑224/10, EU:C:2011:655, punt 31).

( 33 ) B’mod partikolari, il-verżjonijiet fil-lingwa Bulgara, Estonjana, Griega, Ingliża, Taljana, Latvjana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovena u Svediża.

( 34 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-28 ta’ Lulju 2016, Edilizia Mastrodonato (C‑147/15, EU:C:2016:606, punt 29), kif ukoll tat-22 ta’ Settembru 2016, Breitsamer und Ulrich (C‑113/15, EU:C:2016:718, punt 58).

( 35 ) Dwar dan is-suġġett, ara Maiani, F., et seq, Droit européen des transports, Helbing & Lichtenhahn, Bâle, it-Tieni edizzjoni, 2013, p. 87.

( 36 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 2, 3, 8 9, 16 u 18 tad-Direttiva 2006/126.

( 37 ) Ara l-ewwel u t-tieni premessi tad-Direttiva 91/439 fejn din tal-aħħar tfakkar li “l-ewwel pass f’din id-direzzjoni ttieħed bl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 80/1263/KEE, tal-4 ta’ Diċembru 1980, dwar id-dħul ta’ liċenzja tas-sewqan Komunitarja [ĠU 1980, L 375, p. 1]”. Fuq l-evoluzzjoni segwita f’dan il-qasam, ara, b’mod partikolari, p. 56 et seq, tar-rapport tal-Parlament Ewropew, tat-3 ta’ Frar 2005, fuq il-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2006/126 [(A6‑0016/2005), iktar 'il quddiem, “ir-rapport tal-Parlament tat-3 ta’ Frar 2005”].

( 38 ) Id-Direttiva 2006/126 hija intiża wkoll sabiex twettaq iż-żewġ għanijiet prinċipali oħra li ġejjin: “tnaqqas il-possibbiltajiet ta’ frodi [fil-liċenzji tas-sewqan]” u “tiżgura l-moviment liberu taċ-ċittadini” [ara l-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2003, li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2006/126, COM(2003) 621 finali, p. 6 u 7, kif ukoll il-premessi 2 u 17 ta’ din id-direttiva].

( 39 ) Ara, b’mod partikolari, l-ewwel, ir-raba’ u s-sitt premessi tad-Direttiva 91/439. L-għan li tissaħħaħ “is-sigurtà tat-traffiku fit-toroq” ġiet repetutament meħuda inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Settembru 2005, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, C‑372/03, EU:C:2005:551, punt 28, kif ukoll tad-19 ta’ Frar 2009, Schwarz, C‑321/07, EU:C:2009:104, punti 7990 u 96).

( 40 ) Kif tindika l-premessa 13 tad-Direttiva 2006/126. Ara, ukoll, il-premessa 16 ta’ din id-direttiva u l-ispjegazzjonijiet iddettaljati li jidhru fl-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tad-direttiva [COM(2003) 621 finali, p. 5 kif ukoll p. 14, punti 39 u 40].

( 41 ) Skont ir-rekwiżiti elenkati fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2006/126, li jipprevedi, fir-rigward tal-mopeds, li s-suċċess ta’ test teoretiku huwa obbligatorju sabiex tinkiseb il-liċenzja tas-sewqan, iżda li l-Istati Membri għandhom il-fakultà li jimponu barra minn hekk test ta’ kontroll tal-kapaċitajiet u tal-aġir, li tista’ tkun speċifika għat-triċikli u l-kwadriċikli, kif ukoll eżami mediku. Ara wkoll l-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta tad-direttiva [COM(2003) 621 finali, p. 16, punt 52].

( 42 ) F’dan is-sens, ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 43 ) Ara l-elementi ta’ ġustifikazzjoni msemmija fil-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet kif ukoll l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Rumen, fejn jippreċiża li “wara l-emendi tar-regoli dwar is-sewqan tal-mopeds fit-toroq pubbliċi, 316 inċident fit-triq li implikaw mopeds ġew irreġistrati fl-2013, meta mqabbla ma’ 1087 inċident fl-2008, 1104 fl-2009, 973 fl-2010, 977 fl-2011 u 906 l-2012” u li “n-numru ta’ persuni li mietu fl-2013 naqas ukoll, jiġifieri mietu 41 persuna meta mqabbla ma’ 168 fl-2008, 143 fl-2009, 126 fl-2010, 97 fl-2011 u 107 fl-2012”.

( 44 ) Sentenza tas-26 ta’ April 2012 (C‑419/10, EU:C:2012:240, punt 41). Infakkar li l-imsemmija kategoriji huma kemm stabbiliti u kemm iddefiniti fl-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva.

( 45 ) Sentenza tas-26 ta’ April 2012, Hofmann (C‑419/10, EU:C:2012:240, punt 39), fejn ġie ppreċiżat, b’rabta mal-għan tal-imsemmija kawża, li din il-pożizzjoni “turi li l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 13 ma jirreferix għal miżuri ta’ restrizzjoni, ta’ sospensjoni jew ta’ rtirar ta’ liċenzja tas-sewqan iżda biss għal drittijiet miksuba għas-sewqan ta’ vetturi ta’ kategoriji partikolari.”

( 46 ) Fil-konklużjonijiet tiegħu dwar il-kawża Hofmann (C‑419/10, EU:C:2011:723), l-Avukat Ġenerali Bot irrefera għall-emenda 13 proposta fir-rapport tal-Parlament tat-3 ta’ Frar 2005. Il-ġustifikazzjoni għal din l-emenda li hija ċċitata tikkonċerna l-“Artikolu 3(2)b (ġdid)” (ara l-p. 11 tal-imsemmi rapport), fejn it-tielet subparagrafu jikkorrispondi essenzjalment mal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/126. L-espożizzjoni tal-motivi ta’ dan ir-rapport tiżviluppa r-raġunijiet għall-imsemmija emenda, li jirrigwardaw “l-iskambju tal-mudelli antiki diġà fiċ-ċirkulazzjoni” fl-Istati Membri, u tindika li din id-dispożizzjoni l-ġdida għandha sseħħ “bla ħsara għad-dritt tas-sewqan ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi” (p. 58) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

( 47 ) Sentenza tas-26 ta’ April 2012, Hofmann (C‑419/10, EU:C:2012:240, punt 42), enfasi miżjuda minni.

( 48 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(4) tal-pożizzjoni tal-Parlament deċiża wara l-ewwel qari tat-23 ta’ Frar 2005 [P6_TC1‑COD(2003)0252, ĠU 2005, C 304 E, p. 135, kif ukoll ir-rakkomandazzjoni għat-tieni qari mill-kummissjoni tat-trasport u tat-turiżmu tal-Parlament, tas-27 ta’ Novembru 2006 (A6‑0414/2006), li l-espożizzjoni tagħha tal-motivi tindika espressament, fil-punt 2.4, li “[i]d-drittijiet miksuba fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan qabel l-applikazzjoni tad-[Direttiva futura 2006/126] ma huma affettwati bl-ebda mod (Artikolu 13(2)” (enfasi miżjuda minni) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

( 49 ) Skambju għandu jseħħ f’terminu preċiż abbażi tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2006/126 li jimponi li “sa 19 ta’ Jannar 2033, il-liċenzji tas-sewqan kollha maħruġa jew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva”.

( 50 ) Ara l-emenda 3, p. 6 tar-rapport tal-Parlament tat-3 ta’ Frar 2005, enfasi miżjuda minni.

( 51 ) Skont it-termini tal-premessa 4 tad-Direttiva 2006/126, “[s]abiex jiġi evitat li l-mudell singolu Ewropew ta’ liċenzja tas-sewqan isir mudell addizzjonali għall-110 mudelli li hemm diġà fiċ-ċirkolazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex joħorġu dan il-mudell singolu lid-detenturi kollha ta’ liċenzja”.

( 52 ) Ara, ukoll, il-premessi 4 u 5 tal-pożizzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Frar 2005, li jindikaw li“l-liċenzji tas-sewqan antiki għandhom jiġu skambjati fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi evitat li l-mudell uniku Ewropew ma jsirx mudell Ewropew ieħor” u li dan “l-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan eżistenti ma għandux jirrestrinġi d-drittijiet miksuba li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta’ sewqan ta’ kategoriji ta’ vetturi differenti” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

( 53 ) Fid-dawl tat-titolu tal-imsemmi Artikolu 13, huwa, fl-opinjoni tiegħi, loġiku li jiġi kkunsidrat li l-espressjoni “drittijiet miksuba qabel l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva” li hemm fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu, tirreferi għad-drittijiet li jirriżultaw mill-“mudelli ta’ liċenzja [tas-sewqan] mhux Komunitarji”, bil-kontra tal-“mudell Komunitarju tal-liċenzji tas-sewqan” previst fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/126 u li tidher fl-Anness 1 tagħha.

( 54 ) Ara, b’mod partikolari, il-premessi 1 sa 3 tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw l-ekwivalenzi bejn il-kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan Nru 2013/21/UE tat-18 ta’ Diċembru 2012 (ĠU 2013, L 19, p. 1) u Nru 2014/209/UE tat-20 ta’ Marzu 2014 (ĠU 2014, L 120, p. 1).

( 55 ) Ara l-punt 52 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

Top