Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0473

    Kawża C-473/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Linz – l-Awstrija) – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz fejn dan jinsab f’riskju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 18 u 21 TFUE — Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Protezzjoni kontra l-estradizzjoni)

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Linz – l-Awstrija) – Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR vs Eugen Adelsmayr

    (Kawża C-473/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat terz fejn dan jinsab f’riskju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 18 u 21 TFUE - Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni kontra l-estradizzjoni))

    (2017/C 374/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bezirksgericht Linz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Peter Schotthöfer & Florian Steiner GbR

    Konvenut: Eugen Adelsmayr

    Dispożittiv

    L-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-talba għal estradizzjoni li toriġina minn pajjiż terz, li tikkonċerna ċittadin tal-Unjoni li, fl-eżerċizzju tal-libertà ta’ moviment tiegħu, jitlaq l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu sabiex jissoġġorna fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandha tiġi miċħuda minn dan tal-aħħar meta dak iċ-ċittadin ikun jinsab f’riskju serju li jiġi suġġett għall-piena tal-mewt fil-każ ta’ estradizzjoni.


    (1)  ĠU C 406, 7.12.2015.


    Top