Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0535

    Kawża C-535/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Freie und Hansestadt Hamburg vs Jost Pinckernelle Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni u rekwiżiti tal-informazzjoni — Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati — Esportazzjoni lil hinn mit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati

    ĠU C 202, 26.6.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Freie und Hansestadt Hamburg vs Jost Pinckernelle

    (Kawża C-535/15) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Reġistrazzjoni, valutazzjoni, awtorizzazzjoni u restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Obbligu ġenerali ta’ reġistrazzjoni u rekwiżiti tal-informazzjoni - Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati - Esportazzjoni lil hinn mit-territorju tal-Unjoni Ewropea ta’ Sustanzi kimiċi mhux irreġistrati)

    (2017/C 202/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Freie und Hansestadt Hamburg

    Konvenut: Jost Pinckernelle

    Fil-preżenza ta’: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

    Dispożittiv

    L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(12) ta’ dan l-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li sustanzi li ma jkunux ġew irreġistrati waqt l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni konformement ma’ dan ir-regolament jistgħu jiġu esportati barra dan it-territorju.


    (1)  ĠU C 7, 11.01.2016.


    Top