Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0424

    Kawża C-424/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 3 — Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Riforma istituzzjonali — Amalgamazzjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra — Terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u ta’ kunsillier ta’ awtorità regolatorja nazzjonali amalgamata qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom — Raġuni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol mhux prevista mid-dritt nazzjonali)

    ĠU C 475, 19.12.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 475/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

    (Kawża C-424/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 3 - Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Riforma istituzzjonali - Amalgamazzjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra - Terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u ta’ kunsillier ta’ awtorità regolatorja nazzjonali amalgamata qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom - Raġuni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol mhux prevista mid-dritt nazzjonali))

    (2016/C 475/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Xabier Ormaetxea Garai, Bernardo Lorenzo Almendros

    Konvenuti: Administración del Estado

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fil-fatt li awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, tingħaqad ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, bħalma huma dawk responsabbli mill-kompetizzjoni, mis-settur postali u mis-settur tal-enerġija, sabiex jinħoloq organu regolatur multisettorjali responsabbli b’mod partikolari mill-kompiti assenjati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm, fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti, dan l-organu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti minn din u li d-deċiżjonijiet li huwa jieħu jistgħu jiġu appellati quddiem organu indipendenti mill-partijiet involuti, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    2)

    L-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-President u l-kunsillier, li huma membri tal-korp kolleġġjali li jmexxi l-awtorità regolatorja nazzjonali li qed tiġi amalgamata, jiġu mkeċċija qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom, mis-sempliċi fatt li kien hemm riforma istituzzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jingħaqdu awtorità regolatorja nazzjonali, responsabbli għar-regolament tas-suq ex ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra sabiex jinħoloq organu regolatorju multisettorjali inkarigat b’mod partikolari mill-kompiti mogħtija lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm ma jkunux previsti regoli li jiggarantixxu li tali terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol ma jaffettwawx l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.


    (1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


    Top