Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0379

    Kawża C-379/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association France Nature Environnement vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti u programmi fuq l-ambjent — Att nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Konsegwenzi ġuridiċi — Setgħa tal-qorti nazzjonali li żżomm provviżorjament ċerti effetti tal-imsemmi att — It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja)

    ĠU C 350, 26.9.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association France Nature Environnement vs Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

    (Kawża C-379/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti u programmi fuq l-ambjent - Att nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Konsegwenzi ġuridiċi - Setgħa tal-qorti nazzjonali li żżomm provviżorjament ċerti effetti tal-imsemmi att - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Obbligu ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja))

    (2016/C 350/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Association France Nature Environnement

    Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

    Dispożittiv

    1)

    Qorti nazzjonali tista’, meta jippermettilha d-dritt nazzjonali, eċċezzjonalment u fuq bażi ta’ każ b’każ, tillimita ratione temporis ċerti effetti ta’ dikjarazzjoni ta’ illegalità ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun ġiet adottata bi ksur tal-obbligi previsti mid-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 6(3) tagħha, bil-kundizzjoni li tali limitazzjoni tkun dovuta għal kunsiderazzjoni imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent u b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża li tkun tressqet quddiemha. Madankollu, din is-setgħa eċċezzjonali tista’ tiġi eżerċitata biss meta l-kundizzjonijiet kollha li jirriżultaw mis-sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C-41/11, EU:C:2012:103), ikunu ssodisfatti, jiġifieri:

    li d-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali kkontestata tkun tikkostitwixxi miżura ta’ traspożizzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent;

    li l-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjoni ġdida tad-dritt nazzjonali ma jkunux jippermettu li jiġu evitati l-effetti dannużi fuq l-ambjent li jirriżultaw mill-annullament tad-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali kkontestata;

    li l-annullament ta’ din tal-aħħar ikollu bħala konsegwenza li joħloq lakuna ġuridika fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent li tkun ta’ dannu ikbar għall-ambjent, fis-sens li dan l-annullament ikun jipprovdi inqas protezzjoni u għalhekk ikun imur preċiżament kontra l-għan fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, u

    li ż-żamma eċċezzjonali tal-effetti tad-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali kkontestata tkun tkopri biss il-perijodu ta’ żmien strettament meħtieġ għall-adozzjoni tal-miżuri li jippermettu li tiġi rrimedjata l-irregolarità kkonstatata.

    2)

    Fl-istat attwali tal-Unjoni, qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jistgħux iktar jiġu kkontestati b’rikors ġudizzjarju għandha, fil-prinċipju, tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex din tkun tista’ tevalwa jekk, eċċezzjonalment, dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali meqjusa kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni jistgħux provviżorjament jinżammu, fid-dawl ta’ kunsiderazzjoni imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent u b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża li tkun tressqet quddiem din il-qorti nazzjonali. L-imsemmija qorti nazzjonali ma tkunx obbligata tagħmel dan biss meta tkun konvinta, aspett li għandha turi fid-dettall, li ma hemm ebda dubju raġonevoli fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li jirriżultaw mis-sentenza tat-28 ta’ Frar 2012, Inter-Environnement Wallonie u Terre wallonne (C-41/11, EU:C:2012:103).


    (1)  ĠU C 337 12.10.2015.


    Top