Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0297

    Kawża C-297/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV vs Orifarm A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95 KE — Artikolu 7(2) — Prodotti farmaċewtiċi — Importazzjoni parallela — Kompartimentalizzazzjoni tas-swieq — Neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark — Prodott farmaċewtiku mqiegħed fis-suq ta’ esportazzjoni u fis-suq ta’ importazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark bl-istess tipi ta’ ppakkjar)

    Information about publishing Official Journal not found, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV vs Orifarm A/S

    (Kawża C-297/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95 KE - Artikolu 7(2) - Prodotti farmaċewtiċi - Importazzjoni parallela - Kompartimentalizzazzjoni tas-swieq - Neċessità tal-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott li għandu t-trade mark - Prodott farmaċewtiku mqiegħed fis-suq ta’ esportazzjoni u fis-suq ta’ importazzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark bl-istess tipi ta’ ppakkjar))

    (2017/C 014/12)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Sø- og Handelsretten

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ferring Lægemidler A/S, li qiegħda taġixxi għal Ferring BV

    Konvenuta: Orifarm A/S

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark jista’ jopponi għat-tkomplija tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali minn importatur parallel meta dan tal-aħħar ikun ippakkja mill-ġdid dan il-prodott mediċinali f’imballaġġ ġdid u fuqu waħħal it-trade mark, peress li, minn naħa, il-prodott mediċinali inkwistjoni jista’ jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, ta’ importazzjoni fl-istess ippakkjar bħal dak li dan il-prodott huwa kkummerċjalizzat fih fl-Istat parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ta’ esportazzjoni u, min-naħa l-oħra, l-importatur ma weriex li l-prodott importat jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss f’parti limitata tas-suq tal-Istat ta’ importazzjoni, konstatazzjoni li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


    Top