EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0208

Kawża C-208/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Stock ’94 Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Kooperazzjoni integrata — Għoti ta’ finanzjament u kunsinni ta’ attiv kurrenti neċessarju għall-produzzjoni agrikola — Provvista waħda u kumplessa — Provvisti distinti u indipendenti — Provvista anċillari u provvista prinċipali)

ĠU C 38, 6.2.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Stock ’94 Szolgáltató Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-208/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Kooperazzjoni integrata - Għoti ta’ finanzjament u kunsinni ta’ attiv kurrenti neċessarju għall-produzzjoni agrikola - Provvista waħda u kumplessa - Provvisti distinti u indipendenti - Provvista anċillari u provvista prinċipali))

(2017/C 038/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stock ’94 Szolgáltató Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta[t-]28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li:

kooperazzjoni agrikola integrata li tipprevedi li operatur ekonomiku jikkunsinna oġġetti lil bidwi u jagħtih self intiż għax-xiri ta’ dawn l-oġġetti, tikkostitwixxi tranżazzjoni waħda għall-finijiet ta’ din id-direttiva, li fiha l-kunsinna tal-oġġetti hija l-provvista prinċipali. L-ammont taxxabbli ta’ din it-tranżazzjoni waħda huwa kkostitwit kemm mill-prezz ta’ dawn l-oġġetti kif ukoll mill-interessi mħallsa fuq is-self mogħti lill-bdiewa;

il-fatt li integratur jista’ jipprovdi lill-bdiewa servizzi supplimentari jew jista’ jixrti l-produzzjoni agrikola tagħhom huwa irrilevanti fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni inkwistjoni bħala tranzażżjoni waħda, għall-finijiet tad-Direttiva VAT.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


Top