Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0199

Kawża C-199/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 45 — Artikoli 49 u 56 TFUE — Kuntratti pubbliċi — Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali — Rettifika tal-irregolaritajiet)

Information about publishing Official Journal not found, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

(Kawża C-199/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 45 - Artikoli 49 u 56 TFUE - Kuntratti pubbliċi - Kundizzjonijiet ta’ esklużjoni ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Obbligi dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet soċjali - Rettifika tal-irregolaritajiet))

(2017/C 014/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ciclat Soc. Coop.

Konvenuti: Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture

Fil-preżenza ta’: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), Team Service SCARL, bħala mandatarju ta’ ATI-Snam Lazio Sud Srl u Ati-Linda Srl, Consorzio Servizi Integrati

Dispożittiv

L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni l-ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, ikkonstatat f’ċertifikat mitlub ex officio mill-awtorità kontraenti u maħruġ mill-organi tas-sigurtà soċjali, meta dan il-ksur kien jeżisti fid-data tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, anki jekk ma kienx jeżisti iżjed fid-data tal-għoti jew tal-istħarriġ ex officio mill-awtorità kontraenti.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


Top