EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0126

Kawża C-126/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Dazji tas-sisa fuq is-sigaretti — Direttiva 2008/118/KE — Eżiġibbiltà — Post u ħin tal-eżiġibbiltà — Marki fiskali — Moviment liberu tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Limitazzjoni ratione temporis tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-bejgħ ta’ pakketti tas-sigaretti — Prinċipju ta’ proporzjonalità”

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-126/15) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq is-sigaretti - Direttiva 2008/118/KE - Eżiġibbiltà - Post u ħin tal-eżiġibbiltà - Marki fiskali - Moviment liberu tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Limitazzjoni ratione temporis tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-bejgħ ta’ pakketti tas-sigaretti - Prinċipju ta’ proporzjonalità”)

(2017/C 283/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Tomat u G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, N. Silva Vitorino u A. Cunha, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: M. Jacobs u M. J.-C. Halleux, aġenti), ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: K. Kraavi-Käerdi, aġent), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Portugiża, meta pprevediet li s-sigaretti li jiġu rrilaxxati għall-konsum f’sena partikolari ma jkunux għadhom jistgħu jiġu kkummerċjalizzati jew mibjugħa lill-pubbliku wara li jkun għadda t-terminu previst fl-Artikolu 27(a) tal-Portaria Nru 1295/2007 do Ministério das Finanças e da Administração Pública (Digriet Nru 1295/2007 tal-ministeru għall-finanzi u għall-amministrazzjoni pubblika), tal-1 ta’ Ottubru 2007, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għal dan ir-rikors, meta ma hemmx żieda fir-rata ta’ dazju fuq dawn il-prodotti li hija effettiva s-sena segwenti, naqset mill-obbligi tagħha skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għall dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Portugiża.

5)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed u waħda minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


Top