Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0080

    Kawża C-80/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Robert Fuchs AG vs Hauptzollamt Lörrach (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali — Tariffa Doganali Komuni — Sistema ta’ importazzjoni temporanja għall-eżenzjoni mid-dazji — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Kundizzjonijiet stabbiliti għall-eżenzjoni totali tad-dazji fuq l-importazzjoni — Mezzi ta’ trasport assenjati lin-navigazzjoni bl-ajru, irreġistrati barra t-territorju doganali tal-Unjoni u użati minn persuna stabbilita barra minn dan it-territorju — Artikolu 555(1)(a) — Użu kummerċjali — Kunċett — Użu ta’ ħelikopters minn skola tal-avjazzjoni għal titjiriet ta’ taħriġ bi ħlas fejn ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir — Esklużjoni)

    ĠU C 350, 26.9.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 350/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Robert Fuchs AG vs Hauptzollamt Lörrach

    (Kawża C-80/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni Doganali - Tariffa Doganali Komuni - Sistema ta’ importazzjoni temporanja għall-eżenzjoni mid-dazji - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Kundizzjonijiet stabbiliti għall-eżenzjoni totali tad-dazji fuq l-importazzjoni - Mezzi ta’ trasport assenjati lin-navigazzjoni bl-ajru, irreġistrati barra t-territorju doganali tal-Unjoni u użati minn persuna stabbilita barra minn dan it-territorju - Artikolu 555(1)(a) - Użu kummerċjali - Kunċett - Użu ta’ ħelikopters minn skola tal-avjazzjoni għal titjiriet ta’ taħriġ bi ħlas fejn ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir - Esklużjoni))

    (2016/C 350/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Robert Fuchs AG

    Konvenuta: Hauptzollamt Lörrach

    Dispożittiv

    L-Artikolu 555(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003, tat-18 ta’ Diċembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-titjiriet li twettqu b’rimunerazzjoni għat-taħriġ ta’ bdot ta’ ħelikopter, u fil-ħelikopter ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir, ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkostitwixxu użu kummerċjali ta’ mezz ta’ trasport, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 155, tal-11.05.2015.


    Top