Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0066

Kawża C-66/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Karozzi — Kiri jew leasing ta’ karozza minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor — Tassazzjoni ta’ din il-karozza waqt fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħha fl-ewwel Stat Membru — Ġbir tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni)

ĠU C 98, 14.3.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-66/15) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Karozzi - Kiri jew leasing ta’ karozza minn resident ta’ Stat Membru mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor - Tassazzjoni ta’ din il-karozza waqt fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħha fl-ewwel Stat Membru - Ġbir tal-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni))

(2016/C 098/19)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karrá, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ġabret l-ammont sħiħ tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni tagħha fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ karozza mikrija jew taħt leasing minn klijent residenti fit-territorju tagħha mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing u t-tul ta’ użu tal-imsemmija karozza fit-territorju Grieg, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 56 TFUE sa 62 TFUE.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015


Top