Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0787

Kawża T-787/14 P: Appell ippreżentat fit- 28 ta’ Novembru 2014 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija fit- 18 ta’ Settembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-26/12, Cerafogli vs BĊE

ĠU C 46, 9.2.2015, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/56


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 mill-Bank Ċentrali Ewropew mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Settembru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-26/12, Cerafogli vs BĊE

(Kawża T-787/14 P)

(2015/C 046/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Carlini u M. López Torres, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Maria Concetta Cerafogli (Ruma, l-Italja)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-18 ta’ Settembru 2014, fil-Kawża F-26/12, Cerafogli vs BĊE;

tiddeċiedi skont il-motivi tal-appellant fl-ewwel istanza; u

tikkundanna lil kull parti tħallas l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza Grolsch għall-kawżi tal-membri tal-persunal u b’hekk interpretazzjoni żbaljata tal-portata tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta u l-inadegwatezza tal-motivi.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-drittijiet ta’ difiża tal-istituzzjoni, ksur tal-għan tal-proċedura prekontenzjuża, u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatti u interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq konklużjonijiet żbaljati misluta min-natura ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità, l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 277 TFUE u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti ta’ din il-kawża, u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


Top