Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0782

    Kawża T-782/14 P: Appell ippreżentat fl- 24 ta’ Novembru 2014 minn DF mis-sentenza mogħtija fl- 1 ta’ Ottubru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/28


    Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn DF mis-sentenza mogħtija fl-1 ta’ Ottubru 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-782/14 P)

    (2015/C 089/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellant: DF (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. von Zwehl, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) (iktar ’il quddiem, it-“TSP”) mogħtija fl-1 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża F-91/13, DF vs Il-Kummissjoni, sa fejn ma ntlaqax ir-rikors ta’ DF;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2012;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tas-somom li diġà ġew irkuprati minnha, flimkien mal-interessi moratorji, ikkalkolati abbażi tar-rata ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

    1.

    L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn it-TSP, b’mod konformi mal-ġurisprudenza rilevanti, kellu jasal għall-konklużjoni li ma jistax jiġi sostnut b’mod raġonevoli li waħda jew l-oħra miż-żewġ interpretazzjonijiet possibbli tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri l-kwistjoni dwar jekk il-perijodu ta’ referenza ta’ għaxar snin jintemmx mad-dħul fil-kariga inizjali jew mad-dħul fil-kariga fl-entità ta’ kollokament, tant hija manifestament infondata li japplika l-Artikolu 85.

    2.

    It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u tal-Artikolu 19 TUE, sa fejn, minħabba l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet diverġenti u inkompatibbli tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni dwar l-arrikkiment indebitu, DF huwa s-suġġett ta’ diskriminazzjoni meta s-sitwazzjoni tiegħu titqabbel ma’ sitwazzjoni fejn ikun biss l-ordinament ġuridiku nazzjonali li japplika, għaliex ma jitħalliex jinvoka kontra l-Kummissjoni l-fatt li l-arrikiment ma għadux jeżisti.

    3.

    It-tielet aggravju bbażat fuq responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn id-deċiżjoni li tikkonstata li l-ħlas irregolari għandu jitqies li huwa illegali u li timponi fuq DF ir-rimbors tiegħu lill-Kummissjoni kkawżat dannu lil DF.


    Top