EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0600

Kawża T-600/14: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

ĠU C 361, 13.10.2014, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 361/20


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-600/14)

2014/C 361/29

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: E. Ruchat u C. Cornet d’Elzius, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tagħmel tajjeb għad-dannu kollu subit mir-rikorrenti, li jammonta għal EUR 48 8 8 29  000;

sussidjarjament, tordna l-ħatra ta’ espert sabiex jiddetermina l-livell tad-dannu subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-592/14, Makhlouf vs Il-Kunsill.


Top