Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0539

    Kawża T-539/14: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Lulju 2014 – North Drilling vs Il-Kunsill

    ĠU C 303, 8.9.2014, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/55


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – North Drilling vs Il-Kunsill

    (Kawża T-539/14)

    2014/C 303/66

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: North Drilling Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, sa fejn dan jikkonċernaha u sabiex teskludiha mill-anness tagħha;

    tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, sa fejn dan jikkonċernaha u sabiex teskludiha mill-anness tiegħu;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li huma fl-oriġini tad-dispożizzjonijiet ikkontestati, sa fejn dawn huma infondati fuq bażi fattwali u probatorja.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ osservazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni, sa fejn fir-rigward ta’ North Drilling Co., il-motivazzjoni tar-regoli kkontestati hija infondata kif ukoll impreċiża, vaga u ġenerika, li tipprekludi lir-rikorrenti milli tħejji d-difiża tagħha b’mod adegwat.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tal-motivazzjoni tad-dispożizzjonijiet, l-assenza tal-prova tal-motivi allegati u tad-drittijiet tad-difiża u għall-proprjetà, peress li l-obbligu ta’ motivazzjoni u n-neċessità li jiġu prodotti provi reali ma ġewx issodisfatti, li jaffettwa d-drittijiet l-oħra.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li jeżistu indizji oġġettivi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi sostnut li l-Kunsill, meta abbuża mill-pożizzjoni tiegħu u dan b’mod frawdolenti, meta adotta l-miżuri ta’ sanzjoni, kellu għanjiet differenti minn dawk li huwa allega.

    5.

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tar-regoli ġuridiċi li għandhom jiġu applikati, peress li huma interpretati u applikati b’mod żbaljat u b’mod wiesa, li ma huwiex aċċettabbli fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet li jimplementaw sanzjonijiet.

    6.

    Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet għall-proprjetà, sa fejn dan ġie limitat mingħajr ġustifikazzjoni reali u mingħajr ma ġie osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    7.

    Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li l-pożizzjoni komparattiva tar-rikorrenti ġiet ippreġudikata mingħajr ma kienu jeżistu raġunijiet għal dan.


    Top