Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0519

    Kawża T-519/14: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Lulju 2014 – Grupo Morera & Vallejo y DSA vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 303, 8.9.2014, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/49


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2014 – Grupo Morera & Vallejo y DSA vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-519/14)

    2014/C 303/58

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Grupo Morera & Vallejo, SL (Sevilla, Spanja), DSA Defensa y Servicios del Asegurado, SA (Sevilla, Spanja) (rappreżentanti: E. Navarro Varona, P. Vidal Martínez u G. Canalejo Lasarte, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni taħt l-Artikolu 263 TFUE sa fejn hija tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha mill-investituri;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1, 2 u 4.1 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-investituri bħala benefiċjarji li għandhom jirrimborsaw l-allegata għajnuna;

    sussidjarjament, tannulla l-ordni għall-irkupru tal-għajnuna mill-investituri taħt l-Artikolu 4.1 in fine, bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li ma tistax tordna l-irkupru f’data qabel id-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta’ ftuħ;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni u tiddikjara bħala mhux konformi mad-dritt il-metodu użat għad-determinazzjoni tal-allegat vantaġġ li għandu jiġi rrimborsat mill-investituri propost mill-paragrafi 263 u 167 tiegħu, li għandu jiġi aġġustat billi jiġi kkunsidrat tnaqqis speċifiku;

    tiddikjara l-ineżistenza jew, alternattivament, l-annullament parzjali tal-Artikolu 4.1 tad-deċiżjoni dwar il-projbizzjoni li “jittrasferixxu l-ispiża tal-irkupru lil persuni oħra”, sa fejn din timplika dikjarazzjoni dwar il-projbizzjoni jew l-allegata invalidità tal-klawżoli kuntrattwali kontra partijiet terzi fl-ammonti li għandhom jiġu rrimobrsati mill-investituri lill-Istat Spanjol, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-401/14, Duro Felguera vs Il-Kummissjoni, T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni u T-500/14, Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.


    Top