Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0419

Kawża T-419/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Ġunju 2014 – The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni

ĠU C 282, 25.8.2014, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/41


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2014 – The Goldman Sachs Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/14)

2014/C 282/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Goldman Sachs Group, Inc (New York, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. Koponen u A. Mangiaracina, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, b’mod sħiħ jew parzjalment, l-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139, tat-2 ta’ April 2014, fil-Każ COMP/39.610 – Power Cables, sa fejn daw jikkonċernaw lir-rikorrenti; u/jew

tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti mill-Artikolu 2 tad-deċiżjoni;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (1) billi żammet lil GS Group responsabbli in solidum għall-ksur allegatament imwettaq minn Prysmian.

2.

It-tieni motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 296 TFUE għaliex ma tipprovax b’mod sodisfaċjenti fil-liġi li GS Group effettivament eżerċitat influwenza deċiżiva fuq Prysmian matul il-perijodu rilevanti.

3.

It-tielet motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, peress li tikser il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali u l-preżunzjoni tal-innoċenza.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 peress li tikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali u li l-penali għandha tkun speċifika għal min iwettaq l-offiża, għaliex il-Kummissjoni ma allokatx il-multa.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti (ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali), għaliex il-Kummissjoni naqset milli tagħti aċċess għal dokumenti essenzjali fi żmien xieraq.

6.

Is-sitt motiv, li jallega li l-Qorti Ġenerali għandha tagħti lil GS Group il-benefiċċju ta’ kull tnaqqis fil-multa imposta bid-deċiżjoni kkontestata li jista’ jiġi konċess lil Prysmian.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205


Top