EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0327

Kawża T-327/14: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Mejju 2014 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ skakkiera ħamra u bajda)

ĠU C 235, 21.7.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ skakkiera ħamra u bajda)

(Kawża T-327/14)

2014/C 235/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des fromages & Richesmonts (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: T. Mollet-Vieville u T. Cuche, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Lactalis Iberia, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

tikkonstata li t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59  687 hija valida sabiex tkopri l-ġobon;

konsegwentement, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59  687;

sussidjarjament, tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-3 ta’ Marzu 2014, sa fejn tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6 0 59  687 sabiex tkopri l-ġobon;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta skakkiera ħamra u bajda, għal prodotti u servizzi fil-klassi 29 – Trade mark Komunitarja Nru 6 0 59  687

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Grupo Lactalis Iberia, SA

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: motivi assoluti previsti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata

Motivi invokati: il-Bord tal-Appell wettaq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi (ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009; ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009).


Top