This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0239
Case T-239/14: Action brought on 20 April 2014 — Monard v Commission
Kawża T-239/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ April 2014 – Monard vs Il-Kummissjoni
Kawża T-239/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ April 2014 – Monard vs Il-Kummissjoni
ĠU C 212, 7.7.2014, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 212/36 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2014 – Monard vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-239/14)
2014/C 212/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eva Monard (Kessel-Lo, il-Belġju) (rappreżentant: R. Antonini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru Ref. Ares(2014) 321920 (Nru SG.B.4/RH/rc-sg.dsg2.b.4(2014) 285433), meħuda fl-10 ta’ Frar mis-Segretarju Ġenerali skont l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward tal-applikazzjoni konfermatorja minn Eva Monard għall-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (GESTDEM 4641/2011); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kienet obbligata li tagħti aċċess għal dokumenti lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 1 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), l-Artikoli 15 u 298 tat-Trattat Dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), id-dritt fundamentali għall-aċċess għal dokumenti, l-Artikolu 6(1) tat-TUE flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Diċembru 2000, kif adottata fi Strasbourg, fit-12 ta’ Diċembru 2007 (il-“Karta”) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (“Regolament Nru 1049/2001”). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 a contrario. Billi naqset milli tagħmel hekk u billi bbażat ruħha (bi żball) fuq l-eċċezzjonijiet imniżżla fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) u t-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet rilevanti u użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha. Il-Kummissjoni naqset ukoll li tapplika b’mod korrett l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 4(7) u użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha taħt dawk id-dispożizzjonijiet. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 1 TUE, l-Artikoli 15 u 298 TFUE, id-dritt fundamentali għall-aċċess għal dokumenti, l-Artikolu 6(1) tat-TUE flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta u l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 billi naqset milli tittratta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti minnufih u billi estendiet it-terminu tar-risposta għal din l-applikazzjoni konfermatorja f’każ li ma kienx eċċezzjonali. Bħala tali, il-Kummissjoni użat b’mod ħażin is-setgħat tagħha u applikat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet rilevanti billi pposponiet bla bżonn il-ħruġ ta’ deċiżjoni dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti. |