This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0235
Case T-235/14: Action brought on 17 April 2014 — ArcelorMittal Hamburg and Others v Commission
Kawża T-235/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ April 2014 – ArcelorMittal Hamburg et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-235/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ April 2014 – ArcelorMittal Hamburg et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 223, 14.7.2014, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/14 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2014 – ArcelorMittal Hamburg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-235/14)
2014/C 223/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Hamburg GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), Bregal Bremer Galvanisierungs GmbH (Bremen, il-Ġermanja), ArcelorMittal Hochfeld GmbH (Duisburg, il-Ġermanja), u ArcelorMittal Ruhrort GmbH (Duisburg) (rappreżentanti: H. Janssen u G. Engel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ dwar Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) – Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali
|
3. |
It-tielet motiv: ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-prinċipju ta’ smigħ xieraq
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).