Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0198

    Kawża T-198/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Marzu 2014 – 100% Capri Italia vs UASI – Cantoni ITC (100% Capri)

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/35


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – 100% Capri Italia vs UASI – Cantoni ITC (100% Capri)

    (Kawża T-198/14)

    2014/C 159/48

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: 100% Capri Italia Srl (Capri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cantoni ITC SpA (Milano, l-Italja)

    Talbiet

    tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u, għaldaqstant;

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-10 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 2122/2012-2;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “100% Capri” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Cantoni ITC SpA

    Trade mark jew sinjal insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CAPRI” u t-trade mark verbali nazzjonali “CAPRI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top