EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0151

Kawża T-151/14: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2014 – Vassiliou vs Il-Kummissjoni u BĊE

ĠU C 159, 26.5.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/32


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2014 – Vassiliou vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-151/14)

2014/C 159/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Costas Vassiliou (Palmier, il-Kongo) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrent skont l-Artikolu 268 TFUE.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li bl-aġir tagħhom il-konvenuti ċaħħduha mill-flus fil-kont tagħha għaliex dawn induċew l-impożizzjoni prematura ta’ għodda ta’ rikapitalizzazzjoni mal-bank tagħha bħala parti mill-kundizzjonijiet marbuta ma’ għajnuna finanzjarja mogħtija lil Ċipru fis-26 ta’ April 2013 skont l-Artikolu 13 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-2012 b’dan il-mod: a) il-konvenuti “injoraw manifestament u serjament il-limiti” tas-setgħat tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE skont l-Artikolu 136(3) TFUE; b) ċedew illegalment il-kontroll effettiv tal-funzjonijiet tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-UE; ċ) induċew impożizzjoni prematura ta’ għodda ta’ rikapitalizzazzjoni fuq depożiti ma’ Bank of Cyprus u ma’ Cyprus Popular Bank li ma kinux ġew implementati fil-liġi tal-UE; d) induċew restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ flus li jipprekludu lid-detenturi tad-depożitu milli jiġbdu u/jew jittrasferixxu l-fondi tagħhom lejn istituzzjonijiet iktar siguri; u e) għamlu dan bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem.


Top