This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0142
Case T-142/14: Action brought on 28 February 2014 — SolarWorld and Others v Council
Kawża T-142/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
Kawża T-142/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
ĠU C 142, 12.5.2014, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/42 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill
(Kawża T-142/14)
2014/C 142/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli u fondat; |
— |
tannulla l-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 (1); |
— |
tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-507/13; u |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L–ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 2 tar-Regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji (2) sa fejn dan jeżenta mill-miżuri lil produtturi Ċiniżi li l-Kummissjoni aċċettat impenn konġunt mingħandhom bi ksur tad-dritt għal smigħ xieraq tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti u tal-Artikoli 13(4) u 29(2) tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 2 tar-Regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku kontra s-sussidji, sa fejn dan jeżenta mill-miżuri lil produtturi Ċiniżi li l-Kummissjoni aċċettat impenn konġunt illegali mingħandhom. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 3 tar-Regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 101(1) TFUE sa fejn jagħti lil ċerti produtturi Ċiniżi eżenzjoni mill-miżuri inkwistjoni abbażi ta’ offerta ta’ impenn, aċċettata u kkonfermata mid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2013/707/UE (3) u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE (4), li hija arranġament orizzontali ta’ ffissar tal-prezzijiet. |
(1) Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66)
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93)
(3) Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214)
(4) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, p. 26)