Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0106

    Kawża T-106/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Frar 2014 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)

    ĠU C 142, 12.5.2014, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 142/37


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Universal Utility International vs UASI (Greenworld)

    (Kawża T-106/14)

    2014/C 142/48

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Universal Utility International GmbH & Co.KG (Kaarst, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Mietzel, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1658/2013-4;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 39;

    iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ikkonfermat ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark ikkonċernata għas-servizzi fil-klassi 35;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali Greenworld għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 4, 35 u 39 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 616 588

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94


    Top