EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0105

Kawża T-105/14: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Frar 2014 – TrekStor vs UASI – Scanlab (iDrive)

14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/54


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2014 – TrekStor vs UASI – Scanlab (iDrive)

(Kawża T-105/14)

2014/C 112/70

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Ħong-Kong, Ħong-Kong) (rappreżentant: M. Alber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scanlab AG (Puchheim, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 2330/2012-1, billi tawtorizza integralment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark “iDrive”, u tiċħad l-oppożizzjoni tal-persuna li qed tagħmel l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “iDrive” għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 267 573)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Scanlab AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “IDRIVE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 43(5) tar-Regolament Nru 207/2009


Top