EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0066
Case T-66/14: Action brought on 24 January 2014 — Bredenkamp and others v Council and Commission
Kawża T-66/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2014 – Bredenkamp et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
Kawża T-66/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Jannar 2014 – Bredenkamp et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/47 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Bredenkamp et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-66/14)
2014/C 112/60
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: John Arnold Bredenkamp (Ħarare, Żimbabwe); Echo Delta (Holdings) PCC Ltd (Castletown, il-Gżira ta’ Man); Scottlee Holdings (Private) Ltd (Ħarare); u Fodya (Private) Ltd (Ħarare) (rappreżentanti: P. Moser, QC (Queen’s Counsel) u G. Martin, Solicitor)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li tordna lill-konvenuti sabiex jipproduċu l-informazzjoni jew il-provi kollha, li jistgħu jkunu fil-pussess ta’ dawk l-istituzzjonijiet li jikkonċernaw l-inklużjoni tal-konvenuti fil-lista; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill u/jew lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni mhux materjali u materjali subiti minħabba sanzjonijiet illegali mill-UE imposti fuq ir-rikorrenti billi żiedet (imbagħad żammet sal-2012) l-ismijiet tar-rikorrenti fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, rispettivament: mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/68/PESK u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009; mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/92/PESK u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2010, u mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011; |
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas lir-rikorrenti tal-interessi komposti bir-rata ta’ Euribor + 2 % (jew kwalunkwe rata ta’ interessi li tista’ tiġi ordnata) mid-data tas-sentenza; |
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, li jallega li l-atti inkwistjoni ma kellhomx bażi legali xierqa, li tkun promulgata biss abbażi tal-Artikoli 60 u 301 KE, li jirrigwardaw esklużivament dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, mhux individwi u kumpanniji. |
2. |
It-tieni motiv, jallega li l-atti inkwistjoni juru żbalji manifesti ta’ fatt billi naqsu milli juru rbit b’saħħtu mal-Gvern taż-Żimbabwe jew appoġġ finanzjarju jew mod ieħor lir-reġim, biex b’hekk naqsu milli jissodisfaw l-oneru tal-prova tal-konvenuti li rriżultat fi proċess deċiżjonali illegali. |
3. |
It-tielet motiv, jallega li l-atti inkwistjoni kisru rekwiżiti proċedurali essenzjali billi naqsu milli jagħtu raġunijiet suffiċjenti, u naqsu li jagħtu lir-rikorrenti l-opportunità li jinstemgħu jew li jagħmlu sottomissjonijiet sabiex jiskaġunaw ruħhom. |
4. |
Ir-raba’ motiv, jallega li l-atti inkwistjoni kisru l-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-UE kif stabbiliti wkoll fl-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittjiet tal-Bniedem (KEDB), billi b’mod illegali rrestrinġew id-drittijiet għall-proprjetà individwali tar-rikorrenti. |