Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0055

    Kawża T-55/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Jannar 2014 — Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/16


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 — Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

    (Kawża T-55/14)

    2014/C 78/32

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG (Vaihingen an der Enz, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Steffan, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 134 947;

    rigward id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, tobbliga lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Lembergerland” għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 134 947

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


    Top