Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62014TN0028

    Kawża T-28/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Jannar 2014 — José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)

    ĠU C 78, 15.3.2014, lk 14—14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/14


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 — José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)

    (Kawża T-28/14)

    2014/C 78/28

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-UASI;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 426 895-0002 għal “ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju”.

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: José Manuel Baena Grupo

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1 312 651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

    Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji


    Üles