Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0840

    Kawża T-840/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – International Gaming Projects vs UASI – Sky (Sky BONUS) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja Sky BONUS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għat-trade mark — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/43


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – International Gaming Projects vs UASI – Sky (Sky BONUS)

    (Kawża T-840/14) (1)

    ((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja Sky BONUS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Limitazzjoni tal-prodotti msemmija fl-applikazzjoni għat-trade mark - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Inammissibbiltà”))

    (2016/C 156/58)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (il-Belt Valletta, Malta) (rappreżentanti: M. Garayalde Niño, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Barry, solicitor)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2040/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u International Gaming Projects Ltd.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    International Gaming Projects Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 65, 23.2.2015


    Top