Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0492

    Kawża T-492/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Jannar 2015 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/26


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2015 – La Perla vs UASI – Alva Management (LA PERLA)

    (Kawża T-492/14) (1)

    ((Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

    (2015/C 089/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: La Perla sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alva Management GmbH (Icking, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Hanika, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2014 (Kawża Nru: R 626/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alva Management GmbH u La Perla sp.zo.o.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    2)

    Ir-rikorrenti u l-intervjenenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


    (1)  ĠU C 282, 25.9.2014.


    Top