This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0347(01)
Case T-347/14 INTP: Order of the General Court of 19 July 2017 — Yanukovych v Council (Procedure — Interpretation of an order)
Kawża T-347/14 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill (“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ digriet”)
Kawża T-347/14 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill (“Proċedura — Interpretazzjoni ta’ digriet”)
ĠU C 347, 16.10.2017, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Lulju 2017 – Yanukovych vs Il-Kunsill
(Kawża T-347/14 INTP) (1)
((“Proċedura - Interpretazzjoni ta’ digriet”))
(2017/C 347/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktor Viktorovych Yanukovych (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: T. Beazley, QC)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn S. Bartelt u D. Gauci, sussegwentement minn E. Paasivirta u J. Norris-Usher)
Suġġett
Talba għall-interpretazzjoni tad-digriet tat-12 ta’ Lulju 2016, Yanukovych vs Il-Kunsill (T-347/14, EU:T:2016:433)
Dispożittiv
1) |
Il-punt 3 tad-dispożittiv tad-digriet tat-12 ta’ Lulju 2016, Yanukovych vs Il-Kunsill (T-347/14), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dak li jirrigwarda t-talba għal annullament ifformulata fir-rikors, huwa jsemmi kemm l-ispejjeż sostnuti minn Viktor Viktorovych Yanukovych kif ukoll dawk sostnuti minn Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktorovych Yanukovych. |
2) |
Olga Stanislavivna Yanukovych, fil-kwalità ta’ eredi ta’ Viktorovych Yanukovych, minn naħa, u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom dwar il-proċedura ta’ interpretazzjoni. |
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
4) |
In-notament tad-digriet preżenti għandu jiġi anness man-notament tad-digriet li ġie interpretat, li fil-marġni tiegħu għandha ssir indikazzjoni tad-digriet preżenti. |