EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0762

Kawża T-762/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Karti b’ċirkwit integrat — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur minħabba l-għan — Ksur uniku u kontinwat — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ diliġenza — Prova — Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 — Avviż dwar Avviż dwar it-tranżazzjoni — Preskrizzjoni — Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Valur tal-bejgħ”)

ĠU C 38, 6.2.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Philips u Philips France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-762/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Karti b’ċirkwit integrat - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Skambji ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur minħabba l-għan - Ksur uniku u kontinwat - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ diliġenza - Prova - Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 - Avviż dwar Avviż dwar it-tranżazzjoni - Preskrizzjoni - Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Valur tal-bejgħ”))

(2017/C 038/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Philips NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi), Philips France (Suresnes, Franza) (rappreżentanti: J. de Pree, S. Molin, A. ter Haar u T. M. Snoep, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, A. Dawes, J. Norris Usher u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6250 finali, tat-3 ta’ Settembru 2014, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Kawża AT.39574 – Karti b’ċirkwit integrat), u, sussidjarjament, għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Koninklijke Philips NV u Philips France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


Top