EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0667

Kawża T-667/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“FAEGG — Sezzjoni ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Verifika ta’ porzjonijiet żgħar — Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli — Estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post”)

ĠU C 98, 14.3.2016, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-667/14) (1)

((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Verifika ta’ porzjonijiet żgħar - Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli - Estrapolazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post”))

(2016/C 098/53)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous Demiri u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika tas-Slovenja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni, fir-rigward tar-Repubblika tas-Slovenja, ammont ta’ EUR 85 780,08 għas-sena finanzjarja 2010, ta’ EUR 115 956,46 għas-sena finanzjarja 2011 u ta’ EUR 131 269,23 għas-sena finanzjarja 2012.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll disa’ partijiet minn għaxra ta’ dawk sostnuti mir-Repubblika tas-Slovenja.

4)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


Top