Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0589

    Kawżi Magħquda T-589/14 u T-772/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Musso vs Il-Parlament (“Skema pekunjarja tal-membri tal-Parlament — Pensjoni tal-irtirar — Obbligu tal-membri tal-Parlament Franċiżi li jsostnu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fi ħdan l-iskemi nazzjonali — Regoli ta’ kontra l-kumulazzjoni — Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament — Deċiżjoni adottata wara l-proċedura ta’ ilment — Nota ta’ debitu — Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlas tal-pensjoni — Prinċipju ta’ kontradittorju — Terminu raġjonevoli — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/28


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2016 – Musso vs Il-Parlament

    (Kawżi Magħquda T-589/14 u T-772/14) (1)

    ((“Skema pekunjarja tal-membri tal-Parlament - Pensjoni tal-irtirar - Obbligu tal-membri tal-Parlament Franċiżi li jsostnu d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fi ħdan l-iskemi nazzjonali - Regoli ta’ kontra l-kumulazzjoni - Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-membri tal-Parlament - Deċiżjoni adottata wara l-proċedura ta’ ilment - Nota ta’ debitu - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlas tal-pensjoni - Prinċipju ta’ kontradittorju - Terminu raġjonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2016/C 118/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentanti: A. Gross u L. Stachnik, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konferma tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tas-17 ta’ Ottubru 2011 li permezz tagħha ġie stabbilit l-ammont mensili tad-drittijiet tal-pensjoni, b’kunsiderazzjoni tal-ammonti miġbura minn żewġ fondi tal-pensjoni Franċiżi, u ġie deċiż li kien hemm lok li jiġi rkuprat l-ammont ta’ EUR 127 065,19 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-22 ta’ Settembru 2014.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    François Musso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Parlament Ewropew.


    (1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


    Top