Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0548

    Kawża T-548/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni [“Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ prodotti dderivati mit-tonn provenjenti mill-Ekwador — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Avviż lill-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali — Bona fide — Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”]

    ĠU C 38, 6.2.2017, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-548/14) (1)

    ([“Unjoni doganali - Importazzjoni ta’ prodotti dderivati mit-tonn provenjenti mill-Ekwador - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Avviż lill-importaturi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Bona fide - Talba għal nuqqas ta’ rkupru ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”])

    (2017/C 038/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas, A. Caeiros, B.-R. Killmann, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3007 finali, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tikkonstata li, f’każ partikolari, il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifikata għal ċertu ammont, iżda mhux għal ammont ieħor (REM 032/2013).

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) finali, tal-15 ta’ Mejju 2014, li jikkonstata li, f’każ partikolari, il-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifika għal ċertu ammont, iżda mhux għal ammont ieħor (REM 03/2013), għandu jiġi annullat.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


    Top