Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0450

    Kawża T-450/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Sumitomo Electric Industries u J-Power Systems vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-450/14) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

    (2018/C 328/52)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sumitomo Electric Industries Ltd (Osaka, il-Ġappun) u J-Power Systems Corp. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Hansen, L. Crocco, J. Ruiz Calzado u S. Völcker, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet uJ. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Sumitomo Electric Industries Ltd u J-Power Systems Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


    Top