Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0448

Kawża T-448/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Hitachi Metals vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Tul tal-parteċipazzjoni — Iddistakkar pubbliku — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

ĠU C 328, 17.9.2018, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – Hitachi Metals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-448/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Tul tal-parteċipazzjoni - Iddistakkar pubbliku - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa))

(2018/C 328/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hitachi Metals Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: P. Crowther u C. Drew, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hitachi Metals Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


Top