EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0445

Kawża T-445/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – ABB vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku u kontinwat — Prova tal-ksur — Prodotti kkonċernati — Iddistakkar pubbliku — Tul tal-parteċipazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

ĠU C 328, 17.9.2018, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – ABB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku u kontinwat - Prova tal-ksur - Prodotti kkonċernati - Iddistakkar pubbliku - Tul tal-parteċipazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament))

(2018/C 328/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) u ABB AB (Västerås, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Vandenborre u S. Dionnet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, H. van Vliet u J. Norris-Usher, aġenti, assistiti minn A. Bodnar, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ABB Ltd u ABB AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Top