Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0434

    Kawża T-434/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Arbuzov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”)

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Arbuzov vs Il-Kunsill

    (Kawża T-434/14) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))

    (2016/C 098/49)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Partijiet

    Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: M. Machytková u P. Radošovský, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u J.-P. Hix, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 111, p. 91), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Sergej Arbuzov.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergej Arbuzov.


    (1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


    Top