Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0332

    Kawża T-332/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi — Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent — Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”)

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Azarov vs Il-Kunsill

    (Kawża T-332/14) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fuq il-lista”))

    (2016/C 098/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Oleksii Mykolayovych Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u F. Naert, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt, D. Gauci u T. Scharf, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 111, p. 91), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 111, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/43, tad-29 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 24, p. 16), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/138, tad-29 ta’ Jannar 2015, li jemenda r-Regolament Nru 208/2014 (ĠU L 24, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 381/2014, tal-14 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament Nru 208/2014, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Oleksii Mykolayovych Azarov.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Oleksii Mykolayovych Azarov fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fir-rikors.

    4)

    Oleksii Mykolayovych Azarov huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill fir-rigward tat-talba għal annullament imressqa fin-nota ta’ adattament tat-talbiet.

    5)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


    Top