Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0141

    Kawża F-141/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/46


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-141/14)

    (2015/C 089/56)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għad-danni mressqa mir-rikorrent, li kien vittma ta’ inċident gravi, minħabba n-nuqqas amministrattiv imwettaq mill-Kummissjoni li kienet responsabbli għall-ġestjoni tal-fajl mediku tiegħu u t-talba għall-kumpens tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

    Talbiet tar-rikorrent

    jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali u morali tiegħu;

    sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014, li tiċħad it-talba għad-danni tiegħu tal-15 ta’ Novembru 2013;

    sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Settembru 2014, li tiċħad l-ilment tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2004, ikkompletat permezz tan-nota tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2014;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.


    Top