Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0082

    Kawża F-82/14: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/32


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża F-82/14)

    2014/C 388/42

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li dan ma infurmax lill-Kumitat tal-Għażla li kien jiġi minn wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li permezz tagħha l-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, b’ittra tal-EPSO b’risposta għat-talba għal eżami mill-ġdid tal-31 ta’ Jannar 2014 imressqa mir-rikorrent, kienet tikkonferma l-esklużjoni tar-rikorrent mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012;

    jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrent bid-deċiżjoni msemmija fl-inċiż ta’ hawn fuq, valutat ex aequo et bono għal EUR 3  000;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


    Top