Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0048

    Kawża F-48/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 235, 21.7.2014, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 235/35


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-48/14)

    2014/C 235/47

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Duta, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit fil-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrent jgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla d-deċiżjonijiet tal-bord tal-għażla tal-14 ta’ Frar 2014 u tat-3 ta’ Ottubru 2013 li skonthom il-kandidatura tiegħu fil-kompetizzjoni bir-referenza EPSO/AD/177/10-AUDIT2013-Amministraturi-AD5 ġiet miċħuda;

    jordna kull obbligu legali fil-qasam;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 5  000, jew kwalunkwe ammont ieħor, anki ikbar, li għandu jiġi stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ex aequo et bono, bħala kumpens għan-natura vessatorja tat-trattament tal-kandidatura tiegħu;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top