EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0001

Kawża magħquda F-1/14 u F-48/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 22 ta’ Jannar 2015 – Kakol vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 — Rekwiżiti ta’ eliġibbliltà — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Ammissjoni li tipparteċipa f’kompetizzjoni simili preċedenti — Dmir ta’ motivazzjoni speċifiku — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

ĠU C 89, 16.3.2015, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/45


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 – Kakol vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda F-1/14 u F-48/14) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 - Rekwiżiti ta’ eliġibbliltà - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni - Ammissjoni li tipparteċipa f’kompetizzjoni simili preċedenti - Dmir ta’ motivazzjoni speċifiku - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni))

(2015/C 089/54)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Danuta Kakol (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment F. Frabetti, avukat, sussegwentement R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

F-1/14: Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrenti ma tiġix aċċettata għall-fażi ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell ta’ edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal mill-inqas tliet snin, iċċertifikat b’lawrea marbuta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti.

F-48/14: Talba, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 li permezz tagħha l-bord tal-għażla kkostitwit f’din il-proċedura ta’ selezzjoni UE Karrieri EPSO/AD/177/10 – AUDIT2013 ikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013 li ma tippermettix lir-rikorrenti tgħaddi għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni minħabba l-livell tal-edukazzjoni tagħha li ma jikkorrispondix għal ċiklu komplet ta’ studji universitarji ekwivalenti għal tliet snin bħala minimu, sanzjonat b’diploma b’rabta man-natura tal-funzjonijiet, jew taħriġ/kwalifika professjonali b’rabta man-natura tal-funzjonijiet u ta’ livell ekwivalenti, u, min-naħa l-oħra, sa fejn meħtieġ, għall-annullament tad-deċiżjoni inizjali tal-bord tal-għażla tat-3 ta’ Ottubru 2013.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Il-kawża F-1/14 għandha titħassar mir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2)

Id-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2014 tal-bord tal-għażla EPSO/AD/177/10 li D. Kakol ma titħalliex tipparteċipa fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10 hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors fil-kawża F-48/14 huwa miċħud.

4)

Fil-kawża F-1/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.

5)

Fil-kawża F-48/14, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ D. Kakol.


(1)  ĠU C 52, 22.02.2014, p. 54ĠU C 235, 21.07.2015, p. 35.


Top